1Il-Mulej kellem lil Mosè: “Mur, itla’ minn hawn, int u l-poplu li int tellajt mill-Eġittu, lejn l-art li jien ħlift li nagħti lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb; u għedtilhom: ‘Lil nislek nagħtiha.’’. Kull min kien ifittex il-Mulej, kien joħroġ lejn it-tinda tal-laqgħa, li kienet barra l-kamp.
11Il-Mulej kien ikellem lil Mosè wiċċ imb wiċċ, bħalma bniedem ikellem lil ħabibu; imbagħad Mosè kien jerġa’ lura lejn il-kamp; imma Ġożwè bin Nun, żagħżugħ, ma kienx joħroġ mit-tinda.
12Mosè kellem lill-Mulej u qallu: “Ara, int għedtli: ‘Talla’ lil dan il-poplu,’ u ma għedtlix lil min se tibgħat miegħi. U int għedt: ‘Jien nafek b’ismek, u int sibt ukoll ħniena f’għajnejja., u nserraħlek rasek.”
15U qallu: “Jekk il-preżenza tiegħek ma tiġix magħna, ittellagħniex minn hawn.
17U l-Mulej wieġeb lil Mosè: “Jien nagħmel dan li għedtli, għax int sibt ħniena quddiemi u għaraftek b’ismek.”
18Mosè qal lill-Mulej: “Ħallini, nitolbok, nara l-glorja tiegħek.”Eż 33,11; 1 Slat 19,9-18. Ġw 1,14-18.
19U l-Mulej wieġbu: “Jiena ngħaddi tjubiti kollha minn quddiemek, u ngħajjat l-isem tiegħi ‘Jaħweh’ quddiemek. Jiena nħenn għal min irrid inħenn, u nitħassar lil min irrid nitħassar.”Eż 3,14; 34,6-7; Rum 9,15.
20U żied jgħidlu: “Imma int ma tistax tara ’l wiċċi, għax ebda bniedem ma jarani u jibqa’ ħaj.”Ġen 32,31; Eż 19,21; Lev 16,2; Num 4,20; Dt 5,24; Mħ 6,22-23; Is 6,5; Ġw 1,18; 1 Tim 6,16.
21U l-Mulej qal lil Mosè: “Ara, hawn post ħdejja, fejn tista’ toqgħod fuq il-blata.
22U hija u għaddejja l-glorja tiegħi, inqiegħdek f’xaqq il-blata, u ngħattik b’idi sakemm ngħaddi.
23Imbagħad inneħħi idi, u tara dahri, għax wiċċi ma jarah ħadd.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.