1Ikolli niftaħar. Tassew li xejn mhu se jiswieli, imma niġu għall-viżjonijiet u r-rivelazzjonijiet tal-Mulej.
2Naf wieħed, jemmen fi Kristu, li erbatax-il sena ilu kien meħud sat-tielet sema - jekk hux bil-ġisem jew mingħajr il-ġisem jien ma nafx, dan Alla jafu.
3U naf li dan il-bniedem kien meħud fil-ġenna - jekk hux fil-ġisem jew mingħajr il-ġisem jien ma nafx, dan Alla jafu -
4u sama’ jingħadu ħwejjeġ li ma jitfissrux bil-kliem u li ebda bniedem ma jista’ jgħidhom.
5B’dan niftaħar jien, imma bija nnifsi ma niftaħarx ħlief b’dak li hu dgħajjef fija., messaġġiera tax-Xitan, biex toqgħod tniggiżni ħalli ma nintefaħx.Pawlu jaħseb fil-Korintin
11Tbellaht! Imma intom ġegħeltuni. Intom kien imisskom faħħartuni! F’xejn ma jien inqas minn dawn l-appostli l-kbar, għalkemm ma jien xejn.
14Araw, jien lest biex niġi għat-tielet darba għandkom u ma nkunx ta’ piż għalikom; m’iniex infittex ħwejjiġkom, iżda lilkom; għax mhux sewwa li l-ulied ifaddlu għall-ġenituri, iżda l-ġenituri jfaddlu għal uliedhom.
19Intom minn żmien ilu kontu taħsbu li jien qiegħed niddefendi ruħi quddiemkom. Quddiem Alla fi Kristu qegħdin nitkellmu, u dan nagħmlu, għeżież tiegħi, għall-edifikazzjoni tagħkom.
20Nibża’ li meta nerġa’ niġi għandkom, ma nsibkomx kif nixtieq, u intom issibu lili mhux kif tixtiequ; nibża’ li nsib ġlied, għira, korla, partiti, tqassis, qlajja’, tagħjir, u taħwid.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.