ESDRA Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebDan il-ktieb jieħu l-isem tal-karattru prinċipali fit-tieni taqsima tiegħu. L-ewwel 6 kapitli huma ripetizzjoni tal-messaġġ uffiċjali ta’ Ċiru li ta permess lil-Lhud jirritornaw lejn pajjiżhom. Għalhekk, nistgħu ngħidu li jiġbed mit-tmiem tat-tieni ktieb tal-Kronaki.Il-Lhud reġgħu lura biex jibnu t-tempju, imma għal darb’oħra reġgħu waqgħu fil-ħażen għax ittieħdu mill-imġiba tal-popli ta’ madwarhom. Dawn ħolqulhom ħafna inkwiet li fisser ukoll li x-xogħol fuq it-tempju waqaf għal numru ta’ snin. Fil-fatt, il-bini tat-tempju spiċċa għal kollox fis-sena 515 QK.Fl-ewwel parti ta’ dan il-ktieb naqraw ukoll fuq il-problemi li l-Lhud iltaqgħu magħhom aktar tard meta kellhom iwaqqfu l-bini tas-swar tal-belt fi żmien il-ħakma ta’ Artasersi (4,6-23). It-tieni parti, imbagħad, tlaqqagħna ma’ Esdra li jasal fil-belt ta’ Ġerusalemm biex jgħallem il-Liġi ta’ Alla lill-poplu ta’ Ġuda.Esdra tkexkex meta induna bil-ħażen li l-poplu kien reġa’ waqa’ fih, influwenzat mill-ġnus ta’ madwaru. Kien jaf li l-poplu kien qed jirriskja li jintilef għalkollox taħt il-ġudizzju ta’ Alla. Għalhekk ħa fuqu r-responsabbiltà li jitlob u jistqarr dnub il-poplu quddiem Alla. Hekk il-Lhud nidmu minn dnubiethom u qablu li jerġgħu jibdew jobdu l-Liġi ta’ Alla.Aktar tagħrif dwar dak li għamel Esdra mal-poplu naqrawh fil-Ktieb ta’ Neħemija.Esdra ma kellu l-ebda dubju li l-poplu ma kienx ġens indipendenti, imma hu għaraf li ġejja minn fejn hi ġejja l-ħakma fuqhom, Alla waħdu kellu l-kontroll sħiħ fuq il-poplu li kien għażel għalih. Għalhekk qal:Ikun imbierek il-Mulej, Alla ta’ missirijietna, li qanqal lis-sultan biex isebbaħ it-tempju tal-Mulej f’Ġerusalemm, li wera t-tjieba tiegħu miegħi biex nogħġob lis-sultan, lill-kunsillieri tiegħu, u lill-ogħla uffiċjali tas-saltna. Jien għamilt il-qalb, għax id il-Mulej, Alla tiegħi, kienet fuqi, u ġbart madwari xi kapijiet ta’ Iżrael biex intellagħhom miegħi Ġerusalemm (7,27-28).It-taqsim tal-ktiebL-ewwel ritorn mill-eżilju (1,1—2,70)It-Tempju mibni u ddedikat (3,1—6,22)Esdra jġib lura xi eżiljati oħra (7,1—10,44)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help