1U bniedem ta’ Alla mar minn Ġuda b’messaġġ mingħand il-Mulej għal Betel; u Ġerobogħam kien fuq l-artal jaħraq l-inċens.
2U dan il-bniedem, b’ordni tal-Mulej, beda jgħajjat kontra l-artal: “Artal! Artal! Dan jgħid il-Mulej: ‘Ara, għad jitwieled iben lid-dar ta’ David, jismu Ġosija, u jaħraq b’sagrifiċċju fuqek il-qassisin tas-santwarju li qegħdin jaħarqu l-inċens fuqek, u fuqek għad jaħraq l-għadam tal-bnedmin.’ ” u xorob l-ilma; imbagħad xiddewlu l-ħmar u raġa’ lura.
24Hu u sejjer iltaqa’ miegħu ljun u qatlu. Il-katavru tiegħu baqa’ mixħut fit-triq u l-ħmar wieqaf ħdejh; hekk ukoll l-iljun baqa’ wieqaf ħdejn il-katavru.
25U xi nies, li kienu għaddejjin mit-triq, raw il-katavru minxur fit-triq u l-iljun wieqaf ħdejn il-katavru; u marru u taw l-aħbar fil-belt fejn kien joqgħod il-profeta x-xiħ.
26U sama’ l-profeta li kien ġiebu lura mit-triq u qal: “Dan hu l-bniedem ta’ Alla li kiser il-kmand tal-Mulej, u l-Mulej telqu lill-iljun, u dan qattgħu u qatlu skont il-kelma li kien qallu l-Mulej.”
27U kellem lil uliedu u qalilhom: “Xidduli l-ħmar.” U xiddewhulu.
28U telaq u sab il-katavru tiegħu mixħut fit-triq, u l-ħmar u l-iljun wieqfa maġenb il-katavru. L-iljun ma kienx kiel il-katavru u lanqas ma qatta’ bċejjeċ lill-ħmar.
29U l-profeta rafa’ l-katavru tal-bniedem ta’ Alla u għabbieh fuq il-ħmar, u raġa’ ħadu lura; u l-profeta x-xiħ daħal bih fil-belt biex jibkih u jidfnu.
30U poġġa l-katavru fil-qabar tiegħu, u bkew fuqu u bdew jgħajtu: “Jaħasra, ħija.”Ġer 22,18.
31U ġara li, wara li difnu, kellem lil uliedu u qalilhom: “Meta mmut idfnuni fil-qabar fejn hemm midfun il-bniedem ta’ Alla, ħdejn għadmu qiegħdu għadmi.2 Slat 23,17-18.
32Għax għad isseħħ il-kelma li hu għajjat, skont l-ordni tal-Mulej, fuq l-artal li hemm f’Betel u għas-santwarji kollha fuq l-għoljiet li hemm fl-ibliet ta’ Samarija.”
33Lanqas wara dan kollu ma raġa’ lura Ġerobogħam mit-triq il-ħażina li kien qabad; raġa’ għamel qassisin għas-santwarji tal-għoljiet minn fost il-poplu. Kull min kien irid kien jagħtih is-setgħa u jsir qassis tas-santwarji.
34U dan kien id-dnub tad-dar ta’ Ġerobogħam, li wassalha għat-tiġrif u l-qerda tagħha minn fuq wiċċ l-art.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.