1Il-presbiteru, lil Gaju l-għażiż, li jiena nħobb fis-sewwa.. Tagħmel sew jekk tieqaf magħhom fil-vjaġġi tagħhom kif jixraq lis-servizz ta’ Alla., imma Dijotrefi, dak li jħobb jaqbeż lil kulħadd, ma riedx jilqa’ l-kelma tagħna.
10Għalhekk, jekk niġi, nurih kulma qiegħed jagħmel, it-tpaċpiċ żejjed u l-kliem ħażin li qiegħed jgħid fuqna. U mhux kuntent b’dan, anqas lill-aħwa ma jilqa’, u anqas ma jħalli lil dawk li jkunu jridu jilqgħuhom; imma jkeċċihom ’il barra mill-knisja.
11Għażiż, timxix fuq il-ħażin, imma fuq it-tajjeb. Min jagħmel it-tajjeb ġej minn Alla; min jagħmel il-ħażin ma rax lil Alla.
12Demetriju għandu x-xhieda tiegħu minn kulħadd, sa mill-istess verità. U aħna wkoll nixhdu għalih, u inti taf li x-xhieda tagħna hija vera.L-aħħar tislijiet
13Kont kieku niktiblek wisq iżjed minn hekk, imma ma rridx ngħidhulek bil-linka u l-pinna.
15Is-sliem għalik. Il-ħbieb jibagħtu jsellu għalik. Sellili għall-ħbieb, wieħed wieħed.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.