1U wlied Ruben, il-kbir ta’ Iżrael, (kien il-kbir, imma billi niġġes friex missieru, il-primoġenitura ngħatat lil ulied Ġużeppi bin Iżrael, għalhekk mhux imniżżel fl-arblu tar-razza bħala l-kbir.Il-familja ta’ Gad
11U wlied Gad kienu jgħammru biswithom fl-art ta’ Basan sa Saleka:Nofs it-tribù ta’ Manassi
23U wlied in-nofs tribù ta’ Manassi kienu jgħammru fl-art li tieħu minn Basan sa Bagħal-ħermon, Xenir, u l-muntanja tal-Ħermon; u kienu ħafna.Il-familja ta’ Levi
27Ulied Levi kienu: Gersun, Keħat, Merari.Ġen 46,11; Eż 6,16; Num 26,51; 1 Kron 6,1; 23,6.
28U wlied Keħat: Għamram, Isħar, Ħebron u Għużżijel.Eż 6,18; 1 Kron 6,3.
29U wlied Għamram: Aron, Mosè, u Mirjam. U wlied Aron: Nadab, Abiħu, Elgħażar u Itamar.Eż 6,20; Num 26,59-60.
30Elgħażar wiled lil Fineħas; Fineħas wiled lil Abisugħa,
31u Abisugħa wiled lil Bukki; u Bukki wiled lil Għużżi;
32u Għużżi wiled lil Żeraħija; u Żeraħija wiled lil Merajot;
33Merajot wiled lil Amarija, u Amarija wiled lil Aħitub.
34Aħitub wiled lil Sadok, u Sadok wiled lil Aħimagħas.
35U Aħimagħas wiled lil Għażarija, u Għażarija wiled lil Ġoħanan.
36U Ġoħanan wiled lil Għażarija. Dan kien li kien iservi ta’ qassis fit-tempju li kien bena Salamun f’Ġerusalemm.
37Għażarija wiled lil Amarija, u Amarija wiled lil Aħitub.
38U Aħitub wiled lil Sadok; u Sadok wiled lil Sallum;
39u Sallum wiled lil Ħilkija; u Ħilkija wiled lil Għażarija.
40U Għażarija wiled lil Xeraja, u Xeraja wiled lil Ġeħosadak.
41U Ġeħosadak mar fl-eżilju meta l-Mulej eżilja lil Ġuda u ’l Ġerusalemm permezz ta’ Nabukodonosor.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.