ĠENESI 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10Nisel Noè

1U dan hu n-nisel ta’ wlied Noè: Sem, Ħam u Ġafet, u tweldulhom ulied wara d-dilluvju.

Ulied Ġafet

2U wlied Ġafet kienu: Gomer, Magog, Madaj, Ġawan, Tubal, Mesek u Tiras.

3Ulied Gomer kienu: Askenaż, Rifat u Togarma.

4Ulied Ġawan kienu: Elisa, Tarsis, il-Kittin u r-Rodanin.

5Minnhom ħarġu l-popli tax-xtajtiet tal-ġnus. Dawn kienu wlied Ġafet f’artijiethom, kull wieħed skont ilsienu, u skont il-familji tagħhom fi ġnushom.

Ulied Ħam

6U wlied Ħam kienu: Kus, Misrajm, Put u Kangħan.

7Ulied Kus kienu: Seba, Ħawila, Sabta, Ragħma u Sabteka; u wlied Ragħma kienu Seba u Dedan.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help