SALMI 26 - Maltese Bible with DC

Salm 26Talba tal-innoċenti

1Ta’ David

Agħmel ħaqq miegħi int, Mulej!

Bla ħtija l-imġiba tiegħi,

sħiħa fil-Mulej it-tama tiegħi.

2Ġarrabni, Mulej, u għarbilni,

iflili moħħi u qalbi.

3Tjubitek quddiem għajnejja,

imxejt skont is-sewwa tiegħek.

4Ma qgħadtx man-nies giddieba,

ma sseħibtx ma’ nies qarrieqa.

5Nobgħod il-ġemgħa tal-ħżiena,

ma nagħmilhiex mal-midinbin.

6Naħsel fis-safa jdejja,

u ndur madwar l-artal tiegħek, Mulej,

7biex ngħannilek ir-radd ta’ ħajr,

u nxandar għeġubijietek kollha.

8Mulej, inħobb id-dar tal-għamara tiegħek,

il-post fejn jgħammar sebħek.

9Tgħoddnix man-nies midinba,

anqas ma’ min ixerred id-dmija;

10dawk li għandhom f’idejhom il-ħażen,

u f’leminthom rigali qarrieqa.

11Iżda jien nimxi bla ħtija;

eħlisni int, u ħenn għalija.

12Jien b’riġli wieqaf fil-wita;

fil-ġemgħat, Mulej, lilek inbierek.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help