1Fil-bidu tas-saltna ta’ Ġeħojakim, sultan ta’ Ġuda, ġiet din il-kelma lil Ġeremija mingħand il-Mulej:
9“Mela intom tisimgħux mill-profeti tagħkom, mill-bassara tagħkom, mill-ħalliema tagħkom, mill-ħabbara tagħkom u mis-saħħara tagħkom, li qegħdin jgħidulkom dan il-kliem: Ma taqdux is-sultan ta’ Babilonja.
11“Imma l-ġens li jmidd għonqu għall-madmad tas-sultan ta’ Babilonja u jaqdih, jien inħallih bi kwietu f’artu, oraklu tal-Mulej, biex jaħdimha u jgħammar fiha.”
12U lil Sedekija, sultan ta’ Ġuda, kellimtu u għedtlu dan kollu: “Middu għonqkom għall-madmad tas-sultan ta’ Babilonja u aqduh, lilu u l-poplu tiegħu, u tgħixu.
14“La tisimgħux mill-kliem tal-profeti li qegħdin jgħidulkom: ‘Le, ma taqdux is-sultan ta’ Babilonja’, għax dan kollu gideb li qegħdin iħabbrulkom.
16U lill-qassisin u lil dan il-poplu kollu kellimthom u għedtilhom: “Dan jgħid il-Mulej: ‘La tisimgħux l-għajdut tal-profeti tagħkom li qegħdin iħabbrulkom u jgħidulkom: ‘Araw it-tagħmir tal-Mulej, dalwaqt jiġi lura minn Babilonja’, għax dan kollu gideb li qegħdin iħabbrulkom.
21“Għax dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael, dwar it-tagħmir li għad fadal fit-tempju tal-Mulej u fil-palazz tas-sultan ta’ Ġuda u Ġerusalemm: u hemm jibqgħu saż-żmien meta nfittixhom jien, oraklu tal-Mulej, u ntellagħhom u nġibhom lura f’dan il-post.’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.