NUMRI 18 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 18L-obbligi u d-drittijiet tal-Leviti

1U l-Mulej qal lil Aron: “Int u wliedek, u dar missierek, terfgħu l-piż tad-dnubiet fis-santwarju; u int u wliedek miegħek terfgħu l-piż tad-dnubiet tas-saċerdozju tagħkom.

8U l-Mulej kellem lil Aron: “Arani, jien nagħtik li tieħu ħsieb kulma joffruli; kulma jikkonsagraw ulied Iżrael, nagħtih lilek minħabba l-konsagrazzjoni tiegħek, u lil uliedek bi dritt għal dejjem. mhux maħruqa: kulma jagħtu b’offerta u kull sagrifiċċju għall-purifikazzjoni u kull sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, li jrodduli bħala ħaġa qaddisa, ikun tiegħek u ta’ wliedek.

10Tikluh f’post l-aktar qaddis, u jieklu minnu l-irġiel kollha; tkun ħaġa qaddisa għalik.

11U jkun tiegħek dan ukoll: nagħtik kulma jittieħed mill-offerti tagħhom, minn kulma jgħollu b’offerta wlied Iżrael quddiemi, nagħtih lilek u lil uliedek, subien u bniet, bi dritt għal dejjem; jista’ jiekol minnu kull min ikun safi f’darek.

15“Kull xorta tal-ewwel wild ta’ mara li joffru wlied Iżrael lill-Mulej, kemm tal-bnedmin, kemm tal-bhejjem, ikunu tiegħek. Iżda qis li jinfeda l-ewwel tal-bnedmin, u l-ewwel tal-bhima mniġġsa. u ma jkollok ebda sehem minnha f’nofshom. Jien sehmek u wirtek f’nofs ulied Iżrael.

21“Lil ulied Levi tajthom b’wirt l-għexur kollha ta’ Iżrael, bi ħlas għax-xogħol li għandhom fis-servizz fit-tinda tal-laqgħa.Dt 14,22; Lhud 7,5.

22U hekk ulied Iżrael ma jersqux iżjed lejn it-tinda tal-laqgħa, li ma jaqgħux taħt il-piena tal-mewt.

23Imiss lil-Leviti li jservu fit-tinda tal-laqgħa, u huma jkunu responsabbli għaliha; liġi għall-ġenerazzjonijiet kollha tagħkom li għad jiġu; u ma jkollhom ebda wirt.

24Għalhekk jien tajt lil ulied Levi d-dritt għall-għexur li joffru wlied Iżrael lill-Mulej; għalhekk għedtilhom: Ma jkollhomx wirt f’nofs ulied Iżrael.”

25Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:Dt 14,22-27.

26“Kellem lil-Leviti u għidilhom: Meta tirċievu l-għexur mingħand ulied Iżrael, li jien tajtkom id-dritt li tieħdu mingħandhom b’wirtkom, erfgħu minnu offerta lill-Mulej, l-għexur tal-għexur.

27L-offerta tagħkom titqies bħallikieku kienet tal-qamħ ġej dritt mill-andar u bħall-għasir ġej dritt mill-magħsar.

28Hekk tagħmlu intom ukoll l-offerta tagħkom lill-Mulej mill-għexur li tirċievu mingħand ulied Iżrael, u din l-offerta lill-Mulej tagħtuha lil Aron, il-qassis.

29Minn kull ħaġa li joffrulkom, intom għandkom terfgħu offerta lill-Mulej, l-aħjar mill-aħjar tagħha, u tikkonsagrawha.

30U għidilhom ukoll: Meta terfgħu l-aħjar tal-offerta, din titqisilkom bħallikieku ġejja dritt mill-andar jew mill-magħsar.

31Tistgħu tikluha kullimkien, intom u nieskom, għax hi l-ħlas għas-servizz tagħkom fit-tinda tal-laqgħa.

32Meta tagħtu l-aħjar tal-offerti li tirċievu, ma taqgħux fid-dnub, u ma tkasbrux l-offerti sagri ta’ wlied Iżrael, u ma tmutux.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help