EŻEKJEL 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1

1Ġara li fis-sena tletin, fir-raba’ xahar, fil-ħamsa tax-xahar, kif kont fost l-itturufnati ħdejn ix-xmara Kebar, infetħu s-smewwiet u rajt viżjonijiet ta’ Alla.Il-viżjoni tal-glorja ta’ Alla

2Fil-ħamsa tax-xahar, meta s-sultan Ġeħojakin kien ilu ħames snin itturufnat,

3il-kelma tal-Mulej ġiet lil Eżekjel, bin il-qassis Bużi, fl-art tal-Kaldin ħdejn ix-xmara Kebar; kien hemm li ġiet fuqu id il-Mulej.

4Kont qiegħed inħares, u f’daqqa waħda ħassejt riefnu ġej min-naħa tat-Tramuntana, u rajt sħaba kbira, imdawra bid-dija, u nar ileħħ il-ħin kollu minnha, u ġon-nar bħal bronż ileqq., li mid-dehra tagħhom kellhom is-sura ta’ bniedem.

19U meta l-ħlejjaq ħajjin kienu jimxu, ir-roti kienu jimxu magħhom; meta l-ħlejjaq ħajjin kienu jintrefgħu mill-art, kienu jintrefgħu wkoll ir-roti magħhom.

20U kull fejn l-ispirtu kien jeħodhom kienu jimxu, u r-roti kienu jintrefgħu flimkien magħhom, għax fihom kien hemm ukoll l-ispirtu tal-ħlejjaq ħajjin.

21Kull meta dawn kienu jimxu, kienu jimxu r-roti wkoll; u meta kienu jieqfu, kienu jieqfu; u kull meta l-ħlejjaq kienu jintrefgħu mill-art, kienu jintrefgħu r-roti wkoll magħhom, għax l-ispirtu tal-ħlejjaq ħajjin kien fir-roti wkoll.

22U fuq ras il-ħlejjaq ħajjin kien hemm bħal tisqifa ċara bħall-kristall mifruxa ’l fuq minn rashom., u fuq din l-għamla ta’ tron kien jidher bħal bniedem bilqiegħda fuqu fl-għoli.

28aHekk dehritli x-xbieha tal-glorja tal-Mulej, u malli rajtha nxtħett wiċċi fl-art.Is-sejħa tal-Profeta

28bU smajt il-leħen ta’ wieħed jitkellem u jgħidli:

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help