ĠEREMIJA 47 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 47Oraklu għall-Filistja

1Il-kelma tal-Mulej li ġiet lill-profeta Ġeremija għall-Filistin, qabel ma l-Fargħun kien ħabat għal Gaża:

2“Dan jgħid il-Mulej:

Araw, l-ilmijiet telgħin mit-Tramuntana

u se jsiru xmara mfawra.

Se jgħarrqu l-art u kulma fiha,

il-belt u n-nies li jgħixu fiha.

Jgħajtu n-nies u jwerżqu,

dawk kollha li jgħammru fil-pajjiż.

3Għat-tqawqib taż-żwiemel qawwija tiegħu;

għall-ħsejjes kbar tal-karrijiet,

u l-irbumbjar tar-roti tiegħu,

il-missirijiet ma jdurux lejn uliedhom

minħabba t-telqa ta’ jdejhom.

4Għax wasal jum il-qerda

tal-Filistin ilkoll kemm huma,

biex jinqered għal Tir u għal Sidon,

kull min għad fadal jgħinhom.

Għax il-Mulej se jeqred il-Filistin,

il-bqija tal-gżira ta’ Kaftor.

5Qriegħet Gaża,

intemmet Askalon.

Int Asdod, fdal l-Għanakin,

kemm se ddum tqatta’ ġismek?

6Ah, ix-xabla tal-Mulej,

kemm se ddum ma tieqaf?

Erġa’ idħol f’għantek,

strieħ u iskot!

7Kif tista’ tieqaf

jekk jikkmandaha l-Mulej?

Askalon u x-xtajta tal-baħar,

għal hemm hu bagħatha?

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help