ĠEREMIJA 24 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 24Il-qfief bit-tin

1Il-Mulej urieni żewġt iqfief mimlija tin, quddiem it-tempju tal-Mulej, wara li Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, ħa fl-eżilju minn Ġerusalemm lil Ġekonija bin Ġeħojakim, sultan ta’ Ġuda, u l-prinċpijiet ta’ Ġuda, u n-nies tas-sengħa u l-ħaddieda, u ħadhom f’Babilonja.

2Qoffa waħda kien fiha tin tajjeb ħafna, bħat-tin tal-bikri, u l-qoffa l-oħra kien fiha tin ħażin ħafna, li ma kontx tista’ tieklu minħabba ħżunitu.

3U l-Mulej qalli: “X’inti tara, Ġeremija?” U jien weġibt: “Tin! It-tin it-tajjeb, tajjeb tassew; u t-tin il-ħażin, ħażin tassew, u ma tistax tieklu minħabba ħżunitu.”

4U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

5“Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: Bħal dan it-tin tajjeb, jien nitgħaxxaq bl-itturufnati ta’ Ġuda, li jien bgħatthom minn dan il-pajjiż fl-art tal-Kaldin.

8“U bħat-tin il-ħażin li ma tistax tieklu minħabba ħżunitu, hekk jgħid il-Mulej, hekk nagħmel ma’ Sedekija, sultan ta’ Ġuda, u mal-prinċpijiet, ma’ min fadal mill-poplu ta’ Ġerusalemm, li jibqgħu jgħixu fil-pajjiż, u dawk li marru jgħammru fl-Eġittu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help