ĠEREMIJA 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Poplu mħassar

1Mhux li kont insib fejn nistkenn

fid-deżert, ħa nħalli l-poplu tiegħi,

u nitbiegħed minnhom.

Għax ilkoll kemm huma adulteri,

qatgħa ta’ nies ribelli.

2U għamlu minn ilsienhom qaws miġbud.

Il-qerq, u mhux is-sewwa,

isaltan fil-pajjiż.

Għax minn ħażen għal ħażen għaddejjin,

u bija ma jridux jafu,

oraklu tal-Mulej.

3Oqogħdu attenti minn xulxin ilkoll;

u ħadd ma għandu jafda f’ħuh.

Għax l-aħwa jaqilgħu lill-aħwa ’l barra,

u kull ħabib sejjer iqassas.

4Wieħed iqarraq bl-ieħor

u s-sewwa ma jgħiduh qatt,

għax ilsienhom darrewh fi kliem il-gideb.

Għejew jidinbu, u ma jridu jindmu qatt.

5Qalb il-qerq l-għamara tiegħek,

oraklu tal-Mulej,

u fil-qerq ma jridux jagħrfuni.

6Għalhekk dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti:

“Arani, jien indewwibhom u nġarrabhom.

Nista’ nagħmel mod ieħor

ma’ bint il-poplu tiegħi?

7Ilsienhom vleġġa misnuna,

ħlief qerq fommhom ma jlissinx.

“Sliem!” jgħid lill-għajru,

u f’qalbu jlestilu n-nasba.

8U m’għandix nikkastigahom għal dan kollu?

Oraklu tal-Mulej.

U minn poplu bħal dan

m’għandix nitħallas?”

9Ngħolli leħen ta’ biki u tinwiħ għall-muntanji,

għanja tal-mewt għall-mergħat tad-deżert.

Għax maħruqa huma,

u ħadd ma jgħaddi aktar minnhom,

u ma jisimgħux aktar leħen l-imrieħel;

mit-tajra tal-ajru sal-bhejjem,

kollha ħarbu u telqu.

10U nagħmel gozz ġebel minn Ġerusalemm,

u bejta tax-xakalli;

u ħerba mill-ibliet ta’ Ġuda

u ħadd ma jgħammar fihom.

11Min hu l-għaref li jifhem dan?

U jgħid x’qallu fomm il-Mulej:

Għaliex l-art tħarbtet

u nħarqet bħad-deżert,

u ma jista’ jgħaddi minnha ħadd?

12U l-Mulej wieġeb: “Għax telqu l-liġi tiegħi, li jien qegħedt quddiemhom, u ma semgħux minn kliemi, u ma mxewx fuqu,

14Għalhekk dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: “Arawni, se nitmagħhom l-absint u nisqihom l-ilma avvelenat.

16Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti:

“Qisu li ssejħu lill-bekkejja biex jiġu;

ibagħtu l-aħjar fosthom

ħa jgħaġġlu jiġu,

17u jfittxu jgħannulna għanja ta’ tinwiħ.

Ħa jgelgel minn għajnejna d-dmugħ,

u minn xfarhom inixxi l-ilma!

18Għax leħen it-tinwiħ

jinstama’ minn Sijon:

‘Ah! X’rovina ġietna,

x’għajb għalina.

Ikollna nitilqu artna,

u nħallu ’l djarna.’

19Iva, isimgħu, nisa, kelmet il-Mulej,

ħa jilqgħu widnejkom kelmet fommu;

għallmuha lil bnietkom it-tinwiħa,

u kull waħda lil seħbitha l-għanja tal-mewt.

20‘Għax telgħet il-mewt mit-twieqi

u daħlet fil-palazzi tagħna.

Qerdet it-tarbija fit-triq,

u ż-żgħażagħ fl-imsieraħ.’

21Tkellem: ‘Dan jgħid il-Mulej:

L-iġsma tan-nies maqtula

bħad-demel fuq wiċċ ir-raba’,

u bħal għamra wara l-ħassad

bla ma ħadd jiġborha.’ ”

22Dan jgħid il-Mulej:

“Ma għandux jiftaħar l-għaref b’għerfu,

u anqas ma għandu jiftaħar il-qalbieni bi qlubitu;

m’għandux jiftaħar l-għani b’ġidu.

23Imma min irid jiftaħar,

b’dan għandu jiftaħar:

li għandu d-dehen biex jagħrafni,

għax jien hu l-Mulej,

li nagħmel it-tjieba, il-ħaqq,

u s-sewwa fuq l-art,

għax b’dawn nitgħaxxaq,

oraklu tal-Mulej.

Iċ-ċirkonċiżjoni weħidha ma tiswa xejn

24Araw, għad jiġi żmien, oraklu tal-Mulej, meta jien inħallas lil dawk li huma maħtunin biss f’ġisimhom:, u jgħammru fid-deżert. Għax dawn il-ġnus, għad-dar ta’ Iżrael, ilkoll huma bla ħtin f’qalbhom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help