1U l-Mulej kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom:, jew xi tebgħa bajda, qisha ġerħa tal-ġdiem, jeħduh għand Aron il-qassis, jew għand xi ħadd minn uliedu l-qassisin.It-tingis tal-ilbies
47“Meta biċċa lbies tibda tnawwar, sew jekk tkun tas-suf sew tal-għażel,
48fil-medd jew fit-togħma, jew biċċa ġild jew xi ħaġa oħra tal-ġild,
49jekk il-biċċa l-marida tkun ħadranija jew ħamranija, sew ilbies sew ġild, fil-medd jew fit-togħma, jew f’kull ħaġa oħra tal-ġild, din tkun tebgħa tat-tinwir u għandu jaraha l-qassis.
50Meta jkun raha l-qassis, dan għandu jagħlaq il-biċċa mċappsa għal sebat ijiem;
51imbagħad jerġa’ jaraha fis-seba’ jum, u jekk jara li t-tebgħa fl-ilbies xterdet, sew fil-medd sew fit-togħma, sew fil-ġild jew f’kull ħaġa oħra tal-ġild, din tkun tinwir li jġib il-ħsara; din hi mniġġsa.
52U jaħraq il-biċċa mniġġsa, sew fil-medd sew fit-togħma, kemm tas-suf kemm tal-għażel, u kull ħaġa oħra tal-ġild li tkun imċappsa; għax dan ikun tinwir li jġib il-ħsara u għalhekk għandha tinqered bin-nar.
53Imma jekk il-qassis jaraha u jsib li t-tinwir ma xteridx fl-ilbies, fil-medd jew fit-togħma, jew f’kull ħaġa oħra tal-ġild,
54jordna li jaħslu l-biċċa mċappsa, u jagħlaqha għal sebat ijiem oħra.
55Imbagħad il-qassis jerġa’ jara t-tinwir wara li jkunu ħasluha, u jekk jara li fl-għajn it-tinwir ma tbiddilx, għalkemm ma jkunx xtered, tkun imniġġsa, u għandek taħraqha fin-nar, sew jekk tkun imnawra mis-sewwa sew mill-maqlub.
56Jekk il-qassis jaraha u jsib li l-lewn tat-tinwir ikun tefa wara li jkunu ħasluha, jaqta’ t-tebgħa mill-ilbies jew mill-ġild, mill-medd jew mit-togħma, u minn kull ħaġa oħra tal-ġild.
57Imma jekk jerġa’ jidher it-tinwir fl-ilbies, fil-medd jew fit-togħma, u f’kull ħaġa oħra tal-ġild, ikun faqqas mill-ġdid, u għandek taħraq bin-nar it-tinwir kollu li jkun fiha.
58Imma jekk l-ilbies, jew medd jew togħma, jew kull ħaġa oħra tal-ġild, taħsilhom u t-tinwir imur, erġa’ aħsilhom għat-tieni darba u jkunu ndaf.”
59Din hi l-liġi għat-tinwir tal-ilbies tas-suf jew tal-għażel, tal-medd jew tat-togħma u ta’ kull ħaġa oħra tal-ġild, biex ikunu ddikjarati ndaf jew imniġġsa.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.