2 KORINTIN 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2

1Jien iddeċidejt li ma nerġax niġi għandkom bi swied ta’ qalb. biex, meta niġi għandkom, ma jkollix swied ta’ qalb minħabba dawk li għandi nifraħ bihom. Jien għandi fehma sħiħa li l-ferħ tiegħi hu l-ferħ tagħkom ilkoll.

4Iva, jiena ktibtilkom b’għafsa ta’ qalb u bid-dmugħ, mhux biex insewdilkom qalbkom, iżda biex inġagħalkom tifhmu l-imħabba bla tarf li għandi għalikom.Maħfra

5Jekk xi ħadd ġieb swied il-qalb, mhux lili nikket, imma b’xi mod - bla ma nkabbarha - lilkom ilkoll.

10Meta intom taħfru lil xi ħadd, naħfirlu jiena wkoll. Meta jien naħfer - jekk ħfirt xi ħaġa - ħfirtha minħabba fikom quddiem Kristu,

11biex ma jegħlibnix ix-Xitan, għax nafu x’inhuma l-ħsibijiet tiegħu.L-inkwiet ta’ Pawlu

12Meta wasalt Troas biex inxandar l-Evanġelju ta’ Kristu, il-Mulej fetaħli l-bibien kollha.

14Niżżi ħajr lil Alla, għax hu li jmexxina dejjem fir-rebħ fi Kristu u li jxerred ma’ kullimkien permezz tagħna l-fwieħa tat-tagħrif tiegħu.

15Għaliex aħna nwasslu l-fwieħa ta’ Kristu fost dawk li jsalvaw u fost dawk li jintilfu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help