LEVITIKU 16 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 16Jum l-espjazzjoni

1U l-Mulej kellem lil Mosè wara l-mewt taż-żewġ ulied ta’ Aron, li kienu mietu huma u resqin lejn il-Mulej. quddiem l-għatu tal-arka, inkella jmut; għax jien nidher fi sħaba fuq l-għatu.

6“U Aron iressaq l-għoġol tiegħu għall-purifikazzjoni, u jagħmel l-espjazzjoni għalih stess u għal daru.

7Imbagħad jieħu ż-żewġ bdabad u jġibhom quddiem il-Mulej fil-bieb tat-tinda tal-laqgħa,

8u jitfa’ x-xorti fuq iż-żewġ bdabad, waħda għall-Mulej u l-oħra għal Għażażel.

9U Aron imbagħad joffri l-bodbod li fuqu titla’ x-xorti għall-Mulej, u joffrih b’sagrifiċċju ta’ purifikazzjoni.

10U l-bodbod għas-sagrifiċċju tal-ħruq, li tkun telgħetlu x-xorti għal Għażażel, iżżommuh ħaj u jġibuh quddiem il-Mulej, biex jagħmlu l-espjazzjoni fuqu, u mbagħad jitilqu għal għand Għażażel fid-deżert.

11“U mbagħad Aron joffri l-għoġol tiegħu għall-purifikazzjoni u jagħmel l-espjazzjoni għalih u għal daru; u joqtol l-għoġol għall-purifikazzjoni tiegħu stess

12u mbagħad jieħu minn fuq l-artal iċ-ċensier mimli bil-ġamar jaqbad minn quddiem il-Mulej, u żewġ qabdiet ta’ id inċens ifuħ, imfarrak trab, u jidħol bih ’l hemm mill-velu..

15“Imbagħad joqtol il-bodbod tal-purifikazzjoni għall-poplu, u jidħol b’demmu ’l ġewwa mill-velu, u jagħmel b’demmu kif għamel bid-demm tal-għoġol, u jroxxu fuq l-għatu u quddiem l-għatu.

23“Aron imbagħad jidħol fit-tinda tal-laqgħa u jneħħi minn fuqu l-ilbies tal-għażel li kien liebes meta daħal fis-santwarju u jħallihom hemm.

24Jinħasel bl-ilma fil-post imqaddes u jilbes ħwejġu, imbagħad joħroġ u joffri s-sagrifiċċju tal-ħruq tiegħu, u s-sagrifiċċju tal-ħruq tal-poplu, u jagħmel l-espjazzjoni għalih stess u għall-poplu.

25U x-xaħam tal-vittma tal-purifikazzjoni jaħarqu fuq l-artal.

26U dak li jkun telaq il-bodbod għal għand Għażażel jaħsel ħwejġu, u jinħasel bl-ilma, u mbagħad jidħol fil-kamp.

27L-għoġol tal-purifikazzjoni u l-bodbod tal-purifikazzjoni, li demmhom kien meħud għall-espjazzjoni fis-santwarju, jeħduhom ’il barra mill-kamp u hemm jaħarqu bin-nar il-ġlud, il-laħam u l-ħmieġ tagħhom; u ma tagħmlu ebda xogħol, la n-nies tal-pajjiż u lanqas il-barranin li jkunu jgħammru f’nofskom.

U Mosè għamel skont ma kien ordnalu l-Mulej.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help