ATTI TAL-APPOSTLI 21 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 21Il-vjaġġ ta’ Pawlu lejn Ġerusalemm

1Meta nfridna minnhom, qlajna ’l barra u bqajna sejrin dritt lejn Kos; l-għada wasalna Rodi, u minn hemm morna Patara.

2Sibna ġifen sejjer lejn il-Feniċja, tlajna fuqu u tlaqna.

3Ilmaħna ’l Ċipru u ħallejnieh fuq in-naħa tax-xellug; bqajna sejrin lejn is-Sirja u nżilna Tir, għax hemm il-ġifen kellu jħott it-tagħbija.

4Hawnhekk sibna d-dixxipli u bqajna hemm sebat ijiem; dawn, imnebbħin mill-Ispirtu s-Santu, qalu lil Pawlu biex ma jitlax Ġerusalemm.; dħalna fid-dar ta’ Filippu l-evanġelista, wieħed mis-Sebgħa u qgħadna għandu.

15Wara dawn il-jiem lestejna kollox u tlajna Ġerusalemm.

16Ġew magħna xi dixxipli minn Ċesarija u ħaduna noqogħdu għand Mnason, raġel minn Ċipru u wieħed mill-ewwel dixxipli.

Pawlu jżur lil Ġakbu

17Meta wasalna Ġerusalemm, l-aħwa laqgħuna bil-ferħ.

18L-għada Pawlu mar magħna għand Ġakbu u kien hemm il-presbiteri kollha.. Hekk kulħadd isir jaf li ma hemm xejn minn dak li semgħu fuqek, imma li int stess qiegħed timxi skont il-Liġi u tħarisha.

25Imbagħad dwar il-pagani li emmnu, aħna ktibnielhom li d-deċiżjoni tagħna hi li huma għandhom iħarsu rwieħhom mill-ikel issagrifikat lill-idoli, mid-demm, mil-laħam tal-annimali fgati u miż-żwieġ ħażin.”Pawlu arrestat fit-tempju

27Is-sebat ijiem kienu waslu fl-aħħar, meta l-Lhud tal-Asja rawh fit-tempju, xewxu l-poplu kollu, meddew idejhom fuqu

28u bdew jgħajtu: “Nies ta’ Iżrael, agħtuna l-għajnuna! Dan hu r-raġel li qiegħed jgħallem lil kulħadd u kullimkien kontra l-poplu tagħna, kontra l-Liġi u kontra dan il-post! Sa wasal ukoll biex idaħħal il-Griegi fit-tempju u niġġes dan il-post qaddis!” li Ġerusalemm kollha kienet rewwixta waħda.

32Dan malajr ħa miegħu xi suldati u ċenturjuni u niżel jiġri fuqhom; huma, malli raw il-fizzjal u s-suldati, ma baqgħux isawtu lil Pawlu iżjed.

33Il-fizzjal resaq lejh, qabdu u ordna li jorbtuh b’żewġ ktajjen; imbagħad staqsa min kien u x’kien għamel..

35Xħin waslu f’ras it-taraġ, kellhom jerfgħuh is-suldati minħabba l-qilla tal-poplu;

36għax ġemgħa kbira ta’ nies kienet miexja warajh u tgħajjat: “Oqtluh!”Id-difiża ta’ Pawlu

37Huma u deħlin bih fil-fortizza, Pawlu qal lill-fizzjal: “Nista’ ngħidlek kelma?” Dan qallu: “Mela int taf bil-Grieg?

38Jaqaw int dak l-Eġizzjan li dan l-aħħar qajjem rewwixta u ħa miegħu fid-deżert erbat elef raġel ta' qattagħni?”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help