1Għall-mexxej tal-kor. Ta’ David. B’tifkira.
2O Alla, ejja eħlisni!
Mulej, fittex għinni!
3Ħa jistħu u jinfixlu
dawk li jfittxu jneħħuli ħajti.
Ħa jerġgħu lura mħawda
dawk li jifirħu bid-deni tiegħi.
4Ħa jerġgħu lura kollhom mistħija
dawk li jiddieħku bija.
5Jithennew u jifirħu bik
dawk kollha li jfittxuk;
jgħidu dejjem: “Kbir hu Alla,”
dawk li jħobbu s-salvazzjoni tiegħek.
6Imma jien, fqajjar u msejken;
o Alla, fittex għinni!
Inti l-għajnuna u l-ħelsien tiegħi:
iddumx ma tgħinni, Mulej!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.