NUMRI 25 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 25

1Iżrael kien qiegħed f’Sittim, u l-poplu tkasbar u waqa’ fiż-żina mal-bniet ta’ Mowab.

4U l-Mulej qal lil Mosè: “Aqbad lill-kapijiet kollha tal-poplu u għallaqhom f’ġieħ il-Mulej għad-dawl tax-xemx, u terġa’ lura l-qilla tal-Mulej minn Iżrael.”

5U Mosè qal lill-imħallfin ta’ Iżrael: “Oqtlu kull wieħed minnkom lil niesu li ntrabtu ma’ Bagħal ta’ Pegħor.”Eż 18,25.

6U, ara, wieħed minn ulied Iżrael ġieb f’nofs ħutu waħda Midjanija quddiem Mosè u quddiem għajnejn il-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael, li kienu qegħdin jibku quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa.Eż 2,15.

7Malli ra dan Fineħas bin Elgħażar, bin Aron, il-qassis, qam minn nofs il-ġemgħa u qabad lanza f’idu.Eż 6,25.

8U mar jiġri wara r-raġel Iżraeli fil-kamra tas-sodda, u nifidhom it-tnejn flimkien, lir-raġel Iżraeli u l-mara taħt żaqqha; u l-flaġell waqaf minn fost ulied Iżrael;1 Kor 10,8.

9imma kienu diġà nqerdu erbgħa u għoxrin elf.

10U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

11“Fineħas bin Elgħażar, bin Aron, il-qassis, raġġa’ lura l-korla tiegħi minn fuq ulied Iżrael; xegħel bl-għira għal ġieħi fosthom, u ma qridtx lil ulied Iżrael fis-saħna tal-għira tiegħi.Dt 4,24.

12Għalhekk għidlu: Arani! Jien nagħtih il-patt tiegħi tas-sliem.Eż 32,25-29; Lev 1,7; Dt 33,8-11; 1 Mak 2,26; Sir 45,23-26; Eżek 44,15.

13U jkun għalih u għal nislu warajh il-patt tas-saċerdozju għal dejjem għaliex kien għajjur għal Alla tiegħu, u patta għal ulied Iżrael.”

14U l-Iżraeli, il-maqtul mal-Midjanija, kien jismu Żimri bin Salu, prinċep ta’ familja mit-tribù ta’ Simgħon.

15U l-mara Midjanija li qatel kien jisimha Kożbi bint Sur, il-kap ta’ dar missirijietu f’Midjan.

16U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

17“Aħbat għall-Midjanin u oqtolhom,Num 31,2-12.

18għax huma ħarbtu lilkom bil-qerq tagħhom u waqqgħukom fil-ġrajja ta’ Pegħor, u minħabba oħthom Kożbi, bint il-prinċep ta’ Midjan, li baqgħet mejta fi żmien il-flaġell minħabba l-ġrajja ta’ Pegħor.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help