1[1] Fit-tlittax ta’ Adar, ix-xahar tnax, il-jum li fih kellhom iseħħu l-ordni u l-liġi tas-sultan, u l-għedewwa tal-Lhud kienu jittamaw li fih iġibuhom taħt idejhom, dak il-jum stess ġara l-maqlub, għax il-Lhud ġiebu taħt idejhom l-għedewwa tagħhom.
2[2] Il-Lhud inġabru fl-ibliet kollha tagħhom fil-provinċji tas-sultan Assweru, biex imiddu idejhom fuq dawk li kienu jfittxu jagħmlulhom id-deni; u ħadd ma sata’ jeqfilhom, għax il-biża’ tagħhom waqa’ fuq il-popli kollha.
3[3] Il-prinċpijiet tal-provinċji, is-satrapi u l-gvernaturi, u dawk kollha li kienu jieħdu ħsieb l-affarijiet tas-sultan, għenu lil-Lhud għax bdew jibżgħu minn Mordekaj.
4[4] Għax Mordekaj kellu setgħa kbira fil-palazz tas-sultan, u l-fama tiegħu xterdet mal-provinċji kollha u kulma jmur kien jitqawwa.
5[5] U l-Lhud qabdu x-xabla u għamlu ħerba mill-għedewwa tagħhom, qatluhom u qerduhom; għamlu minnhom dak li għoġobhom.
6[6] Fiċ-ċittadella ta’ Susa qatlu u qerdu ħames mitt raġel:
11[11] Dakinhar waslet quddiem is-sultan l-aħbar tal-maqtulin fiċ-ċittadella ta’ Susa,
12[12] u s-sultan qal lis-sultana Ester: “Fiċ-ċittadella ta’ Susa l-Lhud qatlu u qerdu ħames mitt ruħ, u l-għaxar ulied ta’ Ħaman; x’għamlu fil-bqija tal-provinċji tal-imperu tas-sultan? U issa xi trid iżjed biex nagħtihulek? X’int tfittex aktar biex iseħħlek?”
13[13] U Ester wieġbet: “Jekk jogħġob lis-sultan, ħalli l-Lhud li hawn f’Susa jingħatalhom għada wkoll biex jagħmlu skont il-liġi tal-lum, u ħalli l-għaxar ulied ta’ Ħaman jiddendlu ma’ forka.”
14[14] U s-sultan ordna li jsir hekk: u ħareġ digriet f’Susa. U l-għaxar ulied ta’ Ħaman dendluhom ma’ forka.
15[15] U l-Lhud li kienu f’Susa nġabru wkoll fl-erbatax-il jum tax-xahar ta’ Adar u qatlu f’Susa tliet mitt ruħ, iżda ma meddewx idejhom fuq il-priża.
24[24] Ħaman bin Ħammedata, l-Agagi, u l-għadu tal-Lhud kollha kien għamel il-fehma li jeqridhom u tafa’ l-Pur, jiġifieri x-xorti, biex jifnihom u jeqridhom. lil dawk il-jiem Purim mill-kelma Pur, skont ma kienet tgħid l-ittra, u skont ma raw u kulma ġralhom dik il-ħabta.
27[27] Il-Lhud għamluha liġi, li ma tistax titħassar, għalihom u għal nisilhom u għal kull min jingħaqad magħhom, liġi li jibqgħu jżommu dawn il-jumejn fiż-żmien u l-mod preskritt.Est 8,17.
28[28] Dawn il-jumejn għandhom jiftakruhom u jiċċelebrawhom minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni, kull familja, kull provinċja u kull belt. Dawn il-jiem tal-Purim ma għandhomx jonqsu minn fost il-Lhud u t-tifkira tagħhom ma titħassarx minn fost il-ġenerazzjonijiet tagħhom.
29[29] Is-sultana Ester, bint Abiħajil, flimkien ma’ Mordekaj, il-Lhudi, kitbet bil-qawwa kollha biex twettaq din it-tieni ittra tal-Purim.
30[30] U ntbagħtu ittri lil-Lhud kollha li kienu jgħammru fil-mija u sebgħa u għoxrin provinċja tal-imperu ta’ Assweru bi kliem ta’ sliem u s-sewwa,Est 9,23-26.
31[31] biex iżommu dawn il-jiem tal-Purim fi żmienhom, bħalma ordnalhom Mordekaj il-Lhudi u s-sultana Ester, kif stabbilew għalihom infushom u għan-nisel tagħhom, b’tifkira tas-sawm u tal-krib tagħhom.
32[32] Il-kmand ta’ Ester wettaq il-liġi tal-Purim u kien miktub fi ktieb.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.