1Wara l-flaġell, il-Mulej kellem lil Mosè u lil Elgħażar, bin Aron il-qassis, u qalilhom:
3U Mosè u Elgħażar il-qassis kellmuhom fil-wita ta’ Mowab, ħdejn il-Ġordan, biswit Ġeriko, u qalulhom:
4“Għoddu ’l dawk kollha minn għoxrin sena ’l fuq,” skont ma kien ordna l-Mulej.
Ulied Iżrael li ħarġu mill-Eġittu kienu dawn:
5Ruben, il-kbir ta’ Iżrael; ulied Ruben, minn Ħanok, il-familja tal-Ħanokin; minn Pallu, il-familja tal-Palluwin;It-tqassim tal-art
52U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:
53“Lil dawn qassmilhom l-art b’wirt skont l-għadd ta’ ismijiethom., u jirtuha skont l-ismijiet tat-tribujiet ta’ missirijiethom.
56Bix-xorti tqassmu l-wirt bejn il-kbir u ż-żgħir.”
L-għadd tal-Leviti57Dawn huma l-Leviti magħdudin skont il-familji tagħhom; minn Gersun, il-familja tal-Gersunin; minn Keħat, il-familja tal-Keħatin; minn Merari, il-familja tal-Merarin.
63Dan hu għadd ulied Iżrael li Mosè u Elgħażar, il-qassis, għamlu fil-wita ta’ Mowab ħdejn il-Ġordan biswit Ġeriko.
64F’dawn il-listi ma kien hemm ebda wieħed minn dawk li kienu għaddew Mosè u Aron, il-qassis, fid-deżert ta’ Sinaj;Num 14,22-24.
65għax il-Mulej kien qalilhom li huma kellhom imutu żgur fid-deżert, u anqas wieħed biss minnhom ma baqa’ ħaj ħlief Kaleb bin Ġefunni u Ġożwè bin Nun.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.