2 SAMWEL 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15It-tixwix ta’ Absalom

1Ġara li, wara dan, Absalom għamel karozzella, u żwiemel bi gwardja ta’ ħamsin raġel jiġru quddiemu., Absalom qal lis-sultan: “Ħa mmur u ntemm il-wegħda li għamilt lill-Mulej f’Ħebron.

8Għax il-qaddej tiegħek għamel wegħda meta ġejt lura minn Gesur f’Aram u għedt: ‘Jekk il-Mulej ireġġagħni lura lejn Ġerusalemm, inqim lill-Mulej.’ ”

9U s-sultan qallu: “Mur bis-sliema;” u hu qam u mar Ħebron.

10U Absalom bagħat messaġġiera għand it-tribujiet ta’ Iżrael jgħidulhom: “Malli tisimgħu leħen it-tromba, għidu: ‘Absalom sultan f’Ħebron!’ ”

11U ma’ Absalom marru mitejn raġel minn Ġerusalemm mistiedna minnu; marru bi ħsieb tajjeb, għax ma kienu jafu b’xejn.

12Absalom bagħat ukoll għal Aħitofel il-Giluni, kunsillier ta’ David, mill-belt tiegħu ta’ Gilu, hu u joffri s-sagrifiċċji. U hekk il-konfoffa ssaħħet, u l-poplu kompla żdied u mar ma’ Absalom.

13U marru jgħarrfu lil David u jgħidulu: “Il-qalb tal-Iżraelin daret għal wara Absalom.”.

18U l-qaddejja tiegħu qagħdu maġenbu; u għaddew minn quddiem is-sultan il-Keretin kollha, il-Peletin kollha u l-Gattin kollha - sitt mitt ruħ li kienu ġew bil-mixi miegħu minn Gatt.

19U s-sultan qal lil Ittaj il-Gatti: “Għaliex ġej int ukoll magħna? Erġa’ lura u oqgħod mas-sultan, għax int barrani, u, fuq kollox, eżiljat minn pajjiżek.

20Int wasalt ilbieraħ, u jidhirlek int li llum jien għandi nġagħlek tiġġerra magħna ’l hemm u ’l hawn, meta jien stess lanqas naf fejn jien sejjer? Erġa’ lura lejn darek, u ħu miegħek lil niesek, u l-Mulej juri l-ħniena sħiħa u s-sewwa miegħek.”

21U wieġeb Ittaj lis-sultan u qallu: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej u ħaj sidi s-sultan, fejn ikun hemm sidi s-sultan - għall-mewt jew għall-ħajja - hemm ikun il-qaddej tiegħek.”

22U David wieġeb lil Ittaj: “Mur u għaddi ’l quddiem” u għadda Ittaj il-Gatti, u n-nies kollha, u t-tfal kollha li kellu miegħu.

23U l-pajjiż kollu beka biki kbir, hu u għaddej il-poplu kollu. U s-sultan qasam mill-wied ta’ Kedron, u l-poplu kollu għadda minn quddiemu mit-triq tad-deżert.

24U, ara, magħhom kien hemm Sadok ukoll, u l-leviti kollha miegħu jġorru l-arka tal-patt ta’ Alla. U qiegħdu l-arka ta’ Alla ħdejn Abjatar sakemm ħareġ mill-belt il-poplu kollu.

25U s-sultan qal lil Sadok: “Erġa’ ħu l-arka ta’ Alla fil-belt. Jekk insib ħniena quddiem il-Mulej, huwa jreġġagħni lura, u naraha hemmhekk f’postha.

26Iżda jekk jgħid: ‘Ma għoġobtni xejn, ħa jagħmel bija li jogħġbu.’ ”

27U ssokta jgħid is-sultan lil Sadok il-qassis: “Qiegħed tara? Erġa’ lura lejn il-belt bis-sliema; u ħu miegħek lil ibnek Aħimagħas u ’l Ġonatan bin Abjatar, iż-żewġ uliedkom.

28Araw! Jien noqgħod nistenna fil-mogħdijiet tad-deżert, sakemm tasalli xi kelma jew aħbar mingħandkom.”

29U Sadok u Abjatar reġgħu lura bl-arka ta’ Alla Ġerusalemm u baqgħu hemm.

30U David tala’ l-għolja taż-żebbuġ, tiela’ u jibki, b’rasu mgħottija u miexi ħafi. U baqgħu telgħin u jibku, il-poplu kollu li kien miegħu, kulħadd b’rasu mgħottija.

31U ’l David ġew jgħarrfuh u jgħidulu: “Aħitofel ingħaqad mal-konfoffa ta’ Absalom!” U David wieġeb: “Ġib fix-xejn, Mulej, il-fehma ta’ Aħitofel!”

32Ġara li meta David kien wasal fuq il-quċċata fejn soltu jaduraw lil Alla, ifeġġ quddiemu Ħusaj l-Araki, ħabib ta’ David, b’ilbiesu mċarrat u t-trab fuq rasu.2 Sam 16,16.

33U David qallu: “Jekk tibqa’ ġej miegħi tkun ta’ piż għalija,

34imma jekk terġa’ lura lejn il-belt u tgħid lil Absalom: ‘Qaddej tiegħek jien, sultan sidi! Fl-imgħoddi kont qaddej ta’ missierek, imma issa qaddej tiegħek,’ tkun tista’ tħassar il-fehma ta’ Aħitofel.2 Sam 16,19.

35Ara, miegħek ikun hemm il-qassisin Sadok u Abjatar u kulma tisma’ f’dar is-sultan għaddih lill-qassisin Sadok u Abjatar.

36Hemm ukoll magħhom iż-żewġ uliedhom Aħimagħas bin Sadok u Ġonatan bin Abjatar; u kulma tisimgħu tibagħtu tgħiduhuli magħhom.”

37Ħusaj, il-ħabib ta’ David, wasal il-belt hu u dieħel Absalom Ġerusalemm.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help