1U ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli:. Itellgħu fik il-kampijiet tagħhom, iwaqqfu l-għerejjex tagħhom, jieklu l-frott tiegħek, u jixorbu ħalibek.Num 24,21.
5Nagħmel minn Rabba mergħa għall-iġmla, mill-irħula tal-Għammonin mandra għall-imrieħel, u tkunu tafu li jien il-Mulej.
6“Għax dan jgħid Sidi l-Mulej: Talli int ċapċapt idejk u ħabbatt saqajk u fraħt mill-ħdura ta’ qalbek għax-xorti ta’ art Iżrael,Eżek 6,11.
7arani, se mmidd idi għal fuqek u nagħmlek priża għall-ġnus u naqilgħek minn fost il-popli; u neqirdek minn fost il-pajjiżi u nagħmel minnek ħerba, ħalli tkun taf li jien il-Mulej.
Oraklu kontra Mowab8“Dan jgħid Sidi l-Mulej: Talli Mowab u Xegħir qalu: ‘Araw, id-dar ta’ Ġuda bħall-bqija tal-ġnus,’ arani, għalhekk,Num 22,36-41; Is 15—16; 25,10-12; Ġer 48; Għam 2,1-3; Sof 2,8-11. Sir 50,26.
9se niftaħ in-naħa muntanjuża ta’ Mowab u nġarraf blietha minn tarf għal ieħor, il-ġmiel ta’ artu: Betġesimot, Bagħal-megħon, Kirjatajm.
10Nerħiha f’idejn in-nies tal-Lvant, bħalma rħejt lil ulied Għammon, ħalli ma tissemmiex aktar fost il-ġnus.
11Hekk nagħmel ħaqq minn Mowab, u jkunu jafu li jien il-Mulej.
Oraklu kontra Edom12“Dan jgħid Sidi l-Mulej: Talli għamel Edom u vvendika ruħu minn dar Ġuda, u saru ħatja talli tħallsu b’idejhom minnhom,Dt 2; S 137,7; Is 34; 63,1-6; Ġer 49,7-22; Eżek 35; Għam 1,11-12; Mal 1,2-5.
13għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: immidd idi fuq Edom u neqridlu n-nies u l-bhejjem u nagħmel minnu ħerba; minn Teman sa Dedan, jaqgħu taħt ix-xabla.Is 21,13-14.
14Permezz tal-poplu tiegħi Iżrael nitħallas minn Edom u jagħmlu minn Edom skont għadbi u s-saħna tiegħi. Ikunu jafu li l-vendetta tiegħi, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.
Oraklu kontra l-Filistin15“Dan jgħid Sidi l-Mulej: Talli għamlu l-Filistin u vvendikaw ruħhom skont il-ħdura ta’ qalbhom, biex jeqirduhom minħabba l-mibegħda minn żmien il-qedem,Ġoż 13,2-7; Is 14,29-31; Ġer 47; Għam 1,6-8; Sof 2,4-7; Żak 9,5-7.
16għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: Arani, se mmidd idi fuq il-Filistin, u neqred il-Keretin, u nġib fix-xejn il-bqija li joqogħdu f’xatt il-baħar.
17Nivvendika ruħi minnhom bil-kbir u nikkastigahom bl-aħrax, u meta nitħallas minnhom ikunu jafu li jien il-Mulej.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.