NEĦEMIJA 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Id-diffikultajiet soċjali ta’ Neħemija

1Kien hemm ħafna tgergir fost il-poplu, l-aktar fost in-nisa, kontra ħuthom il-Lhud.

6Għadabt bl-ikrah meta smajt dan il-kliem, u dawn l-ilmenti.

7Tħassibt ħafna, imma mbagħad ċanfart lill-kapijiet u lill-uffiċjali u għedtilhom: “Kull wieħed minnkom qiegħed jitlob l-imgħax minn fuq ħutu!” U laqqajt ġemgħa kbira kontra tagħhom.

8U għedtilhom: “Meta konna nistgħu, aħna dejjem fdejna ’l ħutna Lhud mibjugħa lill-ġnus, imma intom qegħdin tbigħu lil ħutkom biex ħaddieħor ibigħhom lura lilna.” U huma baqgħu siekta, u ma sabux xi jwieġbu.L-amministrazzjoni ta’ Neħemija

14Minn dakinhar li s-sultan ordnali li nkun il-gvernatur fl-art ta’ Ġuda, jiġifieri mis-sena għoxrin sas-sena tnejn u tletin tas-saltna ta’ Artasersi, għal tnax-il sena sħaħ, jien u ħuti ma kilniex mill-ikel li jmiss lill-gvernatur.

15Il-gvernaturi li kien hemm qabli, madankollu, kienu għabbew il-poplu b’piż tqil; kienu jieħdu kuljum mingħandu erbgħin xekel tal-fidda għall-ikel. Saħansitra l-ministri tagħhom kienu jgħakksu l-poplu. Imma jien m’għamiltx hekk, għax kont nibża’ minn Alla.

16Meta kien qiegħed isir ix-xogħol fuq is-swar, jien sewwejt magħhom u ma xtrajtx għelieqi. U l-qaddejja tiegħi kollha kienu jinġabru hemm biex jaħdmu.

17Il-Lhud u l-uffiċjali, b’kollox mija u ħamsin ruħ, u dawk li ġew għandna mingħand il-ġnus ta’ madwarna, kienu jieklu minn fuq il-mejda tiegħi.

18Kienu jlestuli kuljum għoġol, sitt nagħġiet, u xi tajr, u kull għaxart ijiem kien ikun hemm ħafna nbid ta’ kull xorta. Barra minn dan jien ma fittixtx li nieħu l-ikel li jmiss lill-gvernatur, għax il-poplu kien isibha bi tqila li jagħtih dan.

19Dak kollu li għamilt ma’ dan il-poplu, ibqa’ ftakru, Mulej, għall-ġid tiegħi.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help