2 SLATEN 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4Mirakli oħra ta’ Eliżew: iż-żejt tal-armla

1Waħda mara min-nisa tal-profeti sejħet lil Eliżew u qaltlu: “Il-qaddej tiegħek żewġi miet, u inti taf li l-qaddej tiegħek kien jibża’ mill-Mulej. Issa dak li kien silfu ġie biex jeħodli ż-żewġ uliedi bi lsiera tiegħu.”

30U omm it-tifel qaltlu: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, u ħaj int, jien ma nitilqekx.” U qabad u mar warajha.

31Geħażi telaq qabilhom u qiegħed il-bastun fuq wiċċ it-tifel, imma ma ġara xejn; ebda leħen, u ebda sinjal. U raġa’ lura jiltaqa’ ma’ Eliżew, u resaq quddiemu u qallu: “It-tifel ma stenbaħx!”Atti 20,10-12.

32Imbagħad daħal Eliżew, il-profeta, u ara, it-tifel kien mimdud mejjet fuq friexu.

33Daħal, għalaq il-bieb warajhom it-tnejn, u beda jitlob lill-Mulej.1 Slat 17,21-23; Mt 6,6.

34Imbagħad tala’, u mtedd fuq it-tifel, qiegħed fommu fuq fommu, għajnejh fuq għajnejh, u idejh fuq idejh, u, kif kien mixħut fuqu, ġisem it-tifel beda jisħon.

35Eliżew raġa’ qabad jimxi ’l hawn u ’l hemm mad-dar, u għal darba oħra mar u mtedd fuq it-tifel; u dan għatas seba’ darbiet, u bexxaq għajnejh.

36Eliżew imbagħad sejjaħ lil Geħażi, u qallu: “Sejħilha ’l din is-Sunamija.” Sejħilha, u daħlet ħdejh. “Ħudu lil ibnek,” qalilha.

37Hi resqet u nxteħtet f’riġlejh wiċċha fl-art, imbagħad qabdet lil binha u ħarġet ’il barra.

L-ikel avvelenat

38U Eliżew raġa’ lura lejn Gilgal, u kien hemm il-ġuħ fil-pajjiż. U kif kienu wlied il-profeti bilqiegħda quddiemu, Eliżew qal lill-qaddej tiegħu: “Qiegħed il-borma l-kbira fuq in-nar, u sajjar l-ikel għal ulied il-profeti.”2 Slat 2,1.

39U ħareġ wieħed mir-raba’ jlaqqat xi ħaxixa, u sab bħal dielja selvaġġa, u laqqat minnha ħjar selvaġġ. U mela l-mantar tiegħu. U mar u qattagħhom fil-borma tat-tisjir, għax ma kinux jafu x’inhuma.

40U mbagħad qassmu l-ikel lin-nies biex jieklu, u malli bdew jieklu mit-tisjir infexxew jgħajtu u jgħidu: “Hawn il-mewt fil-borma, bniedem ta’ Alla.” U ma setgħux jieklu.

41Eliżew qalilhom: “Ġibuli ftit dqiq.” U xeħet minnu fil-borma, u qalilhom: “Qassmu lin-nies biex jieklu.” U ma kien hemm xejn aktar ħażin fl-ikel.

Eliżew ikattar il-ħobż

42U ġie għand Eliżew raġel minn Bagħal-salisa, u ġieb lir-raġel ta’ Alla ħobż tal-bikri: għoxrin ħobża tax-xgħir, u sbul mimli qamħ ġdid. Eliżew qallu: “Agħtihom lin-nies ħa jieklu.”Mt 14,13-21; 15,32-38.

43Imma l-qaddej tiegħu wieġeb: “Kif nista’ nqassam dawn lil mitt ruħ?” Raġa’ qallu Eliżew: “Agħti lin-nies ħa jieklu; għax dan jgħid il-Mulej: ‘Mhux biss jieklu, imma jifdal ukoll.’ ”

44Dak qassmilhom; u huma kielu, u kien għad fadal minnhom, bħalma qal il-Mulej.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help