ĠEREMIJA 52 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 52L-assedju u l-waqgħa ta’ Ġerusalemm

1Sedekija kellu wieħed u għoxrin sena meta beda jsaltan u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm, u ommu kien jisimha Ħamutal, bint Ġeremija minn Libna., fl-għaxar xahar, fl-għaxra tax-xahar, Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, tela’ għal Ġerusalemm, hu u l-eżerċtu tiegħu kollu, u waqqfu l-kamp quddiemha, u tella’ ħajt dawramejt magħha. l-għaxra tax-xahar - kienet id-dsatax-il sena tas-sultan Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja - Nebużardan, kmandant tal-għases, wieħed minn ta’ madwar is-sultan ta’ Babilonja, daħal Ġerusalemm.

13Ħaraq it-tempju tal-Mulej, u l-palazz tas-sultan, u d-djar kbar kollha ta’ Ġerusalemm.

14U s-suldati kollha tal-Kaldin, li kienu mal-kmandant tal-għases, ġarrfu s-swar kollha ta’ madwar Ġerusalemm.

15U kull min kien fadal mill-poplu, li kienu baqgħu fil-belt, u dawk li kienu ċedew u għaddew għal mas-sultan ta’ Babilonja, u l-bqija kollha tan-nies, Nebużardan, il-kmandant tal-għases ħadhom fl-eżilju.

16Nebużardan, il-kmandant tal-għases, ħalla xi wħud minn fost il-fqar tal-pajjiż biex jaħdmu d-dwieli u r-raba’.

17U l-Kaldin kissru l-kolonni tal-bronż, li kien hemm fit-tempju tal-Mulej, u l-maqgħad u l-vaska tal-bronż li kienet fit-tempju tal-Mulej, u ġarrew il-bronż tagħhom lejn Babilonja.

18U ħadu l-borom, u l-pwali, u l-imqassijiet, u l-bwieqi, u t-tagħmir kollu tal-bronż li kienu jinqdew bihom fit-tempju.

19U l-kmandant tal-għases ħa wkoll il-kwies, il-kwiener, il-baċili, il-borom, l-imnajjar, it-tazez u l-kalċijiet, u kulma kien tad-deheb, b’deheb, u kulma kien tal-fidda, b’fidda.

20U ż-żewġ kolonni, u l-vaska, u t-tnax-il barri tal-bronż li kienu taħtha, u l-imqagħad li kien għamel is-sultan Salamun għat-tempju tal-Mulej: il-bronż tagħhom ma kontx tiżnu.

21Iż-żewġ kolonni, imbagħad, kull waħda kienet tmintax-il driegħ għolja, u ħajta ta’ tnax-il driegħ kienet id-dawra tagħhom, u l-ħxuna tagħha kienet ta’ erba’ swaba’ u vojta minn ġewwa.

22Fuqha kellha kapitell tal-bronż, li kien għoli ħamest idriegħ, u madwar il-kapitell kien hemm girlanda u rummien madwaru, kollox tal-bronż; u l-istess il-kolonna l-oħra: kellha girlanda, iddur magħha u mżejna bir-rummien ukoll.

23Ir-rummien kienu sitta u disgħin waħda maqlugħa ’l barra; b’kollox mitt rummiena madwar il-girlanda.

24Il-kmandant tal-għassiesa ħa wkoll lil Xeraja, il-qassis il-kbir, u lil Sefonija, il-qassis ta’ warajh, u t-tliet għassiesa tal-bieb.

25U mill-belt ħa wieħed uffiċjal, li kien jieħu ħsieb in-nies tal-gwerra; u sebat irġiel oħra li kienu midħla tas-sultan, li kienu jinsabu l-belt; u s-segretarju tal-kmandant tal-eżerċtu, li kien idaħħal in-nies tal-pajjiż fl-eżerċtu; u sittin raġel tal-pajjiż li kienu nstabu f’nofs il-belt.

26Lil dawn ilkoll Nebużardan, il-kmandant tal-għases, ħadhom u ġiebhom għand is-sultan ta’ Babilonja f’Ribla.

27U s-sultan ta’ Babilonja darabhom u qatilhom f’Ribla fl-art ta’ Ħamat.

Hekk Ġuda ġie tturufnat ’il bogħod minn artu.

28Dan hu l-poplu li eżilja Nabukodonosor: Fis-sena sebgħa, tlitt elef u tlieta u għoxrin minn nies Ġuda.

29Fis-sena tmintax, imbagħad, ta’ Nabukodonosor, kienu tturufnati tmien mija u tnejn u tletin ruħ minn Ġerusalemm.

30Fis-sena tlieta u għoxrin ta’ Nabukodonosor, Nebużardan, il-kmandant tal-għases, eżilja seba’ mija u ħamsa u erbgħin minn nies Ġuda, b’kollox erbat elef u sitt mitt ruħ.

31U ġara li fis-sena sebgħa u tletin tal-eżilju ta’ Ġeħojakin, sultan ta’ Ġuda, fit-tnax-il xahar, fil-ħamsa u għoxrin tax-xahar, Evil-merodak, sultan ta’ Babilonja, fis-sena li laħaq sultan, rafa’ ras Ġeħojakin, sultan ta’ Ġuda, u ħarġu mill-ħabs li kellu fil-ħabs, u beda jiekol kuljum miegħu tul għomru kollu.

34U l-ikel tiegħu ta’ kuljum kien jingħatalu mingħand is-sultan ta’ Babilonja, is-sehem ta’ kuljum f’jiemu, tul il-jiem kollha ta’ ħajtu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help