NEĦEMIJA 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7

1Meta konna bnejna s-swar, jien kont qegħedt il-bibien u ħtart il-purtinara, il-kantanti u l-Leviti.

2Biex jamministraw lil Ġerusalemm, qegħedt lil ħija Ħanani u lill-kap tal-fortizza Ħananija, billi dan kien jidher raġel ta’ kelmtu u jibża’ minn Alla iktar minn ħafna oħrajn.

3U għedtilhom: “Ma jinfetħux il-bibien ta’ Ġerusalemm qabel ma tibda tisreġ ix-xemx, u malli tieqaf is-sħana l-bibien żommuhom magħluqa u sakkruhom bl-istaneg. Għases qiegħdu ’l dawk li joqogħdu Ġerusalemm; qiegħdu ’l kull wieħed fil-post fejn għandu joqgħod għassa, kulħadd quddiem id-dar tiegħu.”

Nies ġodda jinġiebu Ġerusalemm

4Il-belt kienet kbira u l-medda tagħha kienet ġmielha, imma n-nies li kienu jgħixu fiha kienu ftit, u djar mibnija ma kienx hemm.

5Alla mbagħad nebbaħni, u jien ġbart il-kbarat, l-uffiċjali, u l-poplu, biex nagħmlilhom ċensiment skont l-arblu tar-razza, u sibt il-ktieb taċ-ċensiment ta’ dawk li kienu telgħu qabel mill-eżilju. Fih sibt miktub hekk:

6“Dawn huma n-nies tal-provinċja li telgħu mill-jasar tal-eżilju fejn kien ħadhom Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja; huma reġgħu lura f’Ġerusalemm u f’Ġuda, kull wieħed minnhom reġa’ lura f’beltu.Esd 2,1-70.

7Dawn ġew lura ma’ Żerubbabel, Ġożwè, Neħemija, Għażarija, Ragħamija, Naħamani, Mardokaj, Bilsan, Misferet, Bigwaj, Neħum, u Bagħna.

In-numru tal-irġiel tal-poplu ta’ Iżrael kien dan;

8ulied Pargħos kienu elfejn, mija u tnejn u sebgħin;

9ulied Sefatija, tliet mija u tnejn u sebgħin;

10ulied Araħ, sitt mija u tnejn u ħamsin;

11ulied Paħat-mowab, jiġifieri ulied Ġożwè u Ġowab, elfejn, tmien mija u tmintax;

12ulied Għelam, elf, mitejn u erbgħa u ħamsin;

13ulied Żattu, tmien mija u ħamsa u erbgħin;

14ulied Żakkaj, seba’ mija u sittin;

15ulied Binnuwi, sitt mija u tmienja u erbgħin;

16ulied Bebaj, sitt mija u tmienja u għoxrin;

17ulied Għażgad, elfejn, tliet mija u tnejn u għoxrin;

18ulied Adonikam, sitt mija u sebgħa u sittin;

19ulied Bigwaj, elfejn u sebgħa u sittin;

20ulied Għadin, sitt mija u ħamsa u ħamsin;

21ulied Ater, jiġifieri ulied Ħeżekija, tmienja u disgħin;

22ulied Ħasum, tliet mija u tmienja u għoxrin;

23ulied Besaj, tliet mija u erbgħa u għoxrin;

24ulied Ħarif, mija u tnax;

25ulied Gibgħon kienu ħamsa u disgħin;

26in-nies ta’ Betlehem u Netufa, mija u tmienja u tmenin;

27in-nies ta’ Għanatot, mija u tmienja u għoxrin;

28in-nies ta’ Bet-għażmawet, tnejn u erbgħin;

29in-nies ta’ Kirjat-ġegħarim, Kefira, u Birot, seba’ mija u tlieta u erbgħin;

30in-nies ta’ Rama u Geba, sitt mija u wieħed u għoxrin;

31in-nies ta’ Mikmas, mija u tnejn u għoxrin;

32in-nies ta’ Betel u Għaj, mija u tlieta u għoxrin;

33in-nies ta’ Nebu l-oħra, tnejn u ħamsin;

34ulied Għelam l-ieħor, elf, mitejn u erbgħa u ħamsin;

35ulied Ħarim, tliet mija u għoxrin;

36in-nies ta’ Ġeriko, tliet mija u ħamsa u erbgħin;

37in-nies ta’ Lod, Ħadid, u Onu, seba’ mija u wieħed u għoxrin;

38u n-nies ta’ Sena, tlitt elef, disa’ mija u tletin.

39Il-qassisin kienu: wlied Ġedajja, jiġifieri l-membri tal-familja ta’ Ġożwè, disa’ mija u tlieta u sebgħin;

40ulied Immer, elf u tnejn u ħamsin;

41ulied Pasħur, elf, mitejn u sebgħa u erbgħin;

42ulied Ħarim, elf u sbatax.

43Il-Leviti kienu wlied Ġożwè, jiġifieri ulied Kadmijel, u wlied Ħodewa, b’kollox erbgħa u sebgħin.

44Il-kantanti, ulied Asaf, kienu mija u tmienja u erbgħin.

45Il-purtinara tat-tempju kienu wlied Sallum, ulied Ater, ulied Talmon, ulied Għakkub, ulied Ħatita, u wlied Sobaj, b’kollox mija u tmienja u tletin.

46L-ilsiera tat-tempju kienu wlied Siħa, ulied Ħasufa, ulied Tabgħot,

47ulied Keros, ulied Sigħa, ulied Padon,

48ulied Lebana, ulied Ħagaba, ulied Salmaj,

49ulied Ħanan, ulied Giddel, ulied Gaħar,

50ulied Raja, ulied Resin, ulied Nekoda,

51ulied Gażżam, ulied Għużża, ulied Paseħa,

52ulied Besaj, ulied Megħunin, ulied Nefisesin,

53ulied Bakbuk, ulied Ħakufa, ulied Ħarħur,

54ulied Baslit, ulied Meħida, ulied Ħarsa,

55ulied Barkos, ulied Sisera, ulied Tamaħ,

56ulied Nesijaħ, u wlied Ħatifa.

57Ulied il-qaddejja ta’ Salamun kienu wlied Sotaj, ulied Soferet, ulied Perida,

58ulied Ġagħla, ulied Darkon, ulied Giddel,

59ulied Sefatija, ulied Ħattil, ulied Pokret-ħasbajim, u wlied Amon.

60L-ilsiera tat-tempju u wlied il-qaddejja ta’ Salamun, kienu jgħoddu tliet mija u tnejn u disgħin b’kollox.

61Dawn imbagħad telgħu minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addon, u Immer, u mingħajr ma setgħu juru liema kienet dar missirijiethom u liema kien in-nisel tagħhom jew jekk kinux minn Iżrael:

62ulied Delaja, ulied Tobija, ulied Nekoda, b’kollox sitt mija u tnejn u erbgħin.

63Minn fost il-qassisin kien hemm ulied Ħabaja, ulied Ħakkos, ulied Barżillaj, li kien iżżewweġ waħda mill-bniet ta’ Barżillaj, il-Gilgħadi, u beda jissejjaħ b’isimhom.

64Dawn fittxew ir-reġistri tal-arblu tar-razza tagħhom, imma ma sabuhomx; u għalhekk tneħħew minn fost il-qassisin.

65U l-gvernatur qalilhom biex ma jiklux mill-ikel ikkonsagrat sa ma jinsab qassis bl-Urim u t-Tummim.

66Il-ġemgħa kollha f’daqqa kienet tgħodd tnejn u erbgħin elf, tliet mija u sittin.

67Dan mingħajr il-qaddejja tagħhom irġiel u nisa, li kienu jgħoddu sebat elef, tliet mija u sebgħa u tletin, u mingħajr il-kantanti tagħhom, rġiel u nisa, li b’kollox kienu mitejn u ħamsa u erbgħin.

68L-iġmla kienu erba’ mija u ħamsa u tletin, il-ħmir sitt elef, seba’ mija u għoxrin.

69Uħud mill-kapijiet tal-familji taw offerti, biex ikun jista’ jsir ix-xogħol. Il-gvernatur ta lit-teżor elf darik tad-deheb, ħamsin bieqja, u ħames mija u tletin libsa tal-qassisin.

70Xi wħud mill-kapijiet tal-familji taw lit-teżor, li kien qiegħed jiġbor għax-xogħol, għoxrin elf darik tad-deheb u elfejn u mitejn mina tal-fidda.

71Dak li ta l-bqija tal-poplu kien ilaħħaq għoxrin elf darik tad-deheb, elfejn mina tal-fidda, u sebgħa u sittin libsa tal-qassisin.

72U l-qassisin, il-Leviti, l-għases tal-bibien tat-tempju, il-kantanti, xi wħud mill-poplu, u l-ilsiera tat-tempju, u Iżrael kollu, marru joqogħdu fl-ibliet tagħhom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help