1Ħuti, la ssirux ħafna minnkom għalliema, għax tafu li aħna li ngħallmu nkunu ġġudikati b’reqqa akbar.
2Aħna lkoll niżbaljaw, u ta’ sikwit; jekk xi ħadd ma jiżbaljax f’dak li jgħid, dan ikun perfett, kapaċi jrażżan ġismu kollu.
3Aħna nqiegħdu l-ilġiem f’ħalq iż-żwiemel biex naħkmuhom, u bih immexxu ġisimhom kollu.
4Ħarsu wkoll lejn il-bastimenti: għad li jkunu kbar u jimxu mal-irjieħ qawwija, naqra ta’ tmun idawwarhom fejn irid it-tmunier.
5Hekk ukoll l-ilsien: huwa biċċa ċkejkna fil-ġisem, imma jista’ jiftaħar li jagħmel ħwejjeġ kbar.
Ara, ftit nar jista’ jqabbadlek foresta sħiħa;
6u l-ilsien huwa nar, huwa dinja ta’ ħażen fost il-membri ta’ ġisimna, iniġġes il-ġisem kollu u jkebbes ir-ritmu tal-ħajja, hu nnifsu mkebbes mill-infern., mimli velenu li jġib il-mewt.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.