ĠEREMIJA 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Il-korruzzjoni tal-poplu

1Duru mat-triqat ta’ Ġerusalemm,

araw u ifhmu.

Fittxu fl-imsieraħ tagħha,

araw jekk issibux bniedem,

jekk hemmx min jagħmel is-sewwa,

li jfittex li jkun fidil,

u jien naħfrilha.

2Imqar jekk jgħidu: “Daqskemm hu ħaj il-Mulej,”

xorta waħda jaħilfu fil-falz.

3O Mulej, jaqaw għajnejk mhux is-sewwa jfittxu?

Iva sawwatthom u ma ħassew xejn;

fnejthom u t-tagħlima ma ħaduhiex.

Webbsu wiċċhom aktar mill-blat,

u ma riedu jerġgħu lura b’xejn.

4U jiena ħsibt:

‘Huma l-baxxi biss li tbellhu,

għax ma għarfux triq il-Mulej,

id-dritt ta’ Alla tagħhom.

5Ħa ndur lejn l-għoljin

u nkellem lilhom.

Għax huma jafu triq il-Mulej,

id-dritt ta’ Alla tagħhom.’

Imma huma lkoll kissru l-madmad,

qattgħu l-irbit.

6Għalhekk jidrobhom l-iljun mill-foresta;

jeqridhom il-lupu mid-deżert;

jissajjalhom il-ljupard madwar bliethom,

lil kull min joħroġ minnhom jiżbranah;

għax kotru żżejjed dnubiethom,

u rashom webbsu fit-tixwix tagħhom.

7“Għax għandi naħfirlek dan?

Telquni wliedek,

u bdew jaħilfu b’min mhux Alla.

Tmajthom u żnew,

u bi ħġarhom marru f’dar iż-żienja.

8Saru bħal fħal mitmugħa u mlebilba,

kulħadd jingħi għal mart għajru.

9Għal dan kollu ma nikkastigahomx?

Oraklu tal-Mulej.

Minn poplu bħal dan ma nitħallasx?

10Itilgħu għall-indani tagħha,

ħarbtuhom, iżda mhux għalkollox;

aqilgħu ż-żraġen tagħha,

għax mhumiex tal-Mulej.

11Għax qamu bil-kbir kontrija,

dar Iżrael u dar Ġuda,”

oraklu tal-Mulej.

12Gibbdu lill-Mulej u qalu:

“Mhu xejn!

Ebda ħsara ma tilħaqna,

xabla u ġuħ ma narawhomx.”

13Riħ huma l-profeti,

kelma fihom m’hemmx.

Dan għad jiġrilhom!”

14Għalhekk dan jgħid il-Mulej,

Alla tal-eżerċti:

“Talli għedtu dal-kliem,

arani, se nagħmel nar minn kelmti fuq xufftejk,

u minn dan il-poplu l-ħatab biex jikkunsmah.

15Arawni, se nġib fuqkom, Dar Iżrael,

ġens mill-bogħod,

oraklu tal-Mulej,

ġens li jibqa’, ġens li ilu,

ġens li int ma tafx ilsienu,

u ma tifhimx li jgħid.

16Qabar miftuħ il-barżakka tiegħu,

kollu nies qalbiena.

17U jikollok il-ħsad u l-ħobż,

jikollok is-subien u l-bniet,

jikollok l-imrieħel u l-baqar

jikollok id-dwieli u t-tin.

Jeqirdulek bix-xabla l-ibliet imdawra

li fihom int qegħedt tamietek.

18“Imma lanqas f’dawk il-jiem, oraklu tal-Mulej, ma neqridkom għalkollox.L-għama spiritwali

20Ħabbru dan f’dar Ġakobb,

u semmgħuh f’Ġuda, u għidu:

21“Isimgħu dan, ja poplu iblah u bla moħħ!

Għandhom għajnejn u ma jarawx;

għandhom widnejn u ma jisimgħux.

22Ma tibżgħux minni, oraklu tal-Mulej,

ma titregħdux quddiem wiċċi?

Jien li għamilt ir-ramel b’tarf il-baħar,

barriera għal dejjem li ma jaqbiżhiex;

jitqanqlu l-imwieġ bla ma jegħlbuha

u jgargru l-ħalel bla ma jaqbżuha.

23Imma dan poplu stinat, ma jismax,

tawni daharhom u telquni.

24Ma qalux f’qalbhom:

‘Ħa nibżgħu mill-Mulej, Alla tagħna,

li jagħtina x-xita f’waqtha,

l-ewwel xita u dik tal-aħħar;

li waqqfilna l-ġimgħat tal-ħsad u ħarishomlna.’

25Dan kollu begħduhulkom dnubietkom,

ħżunijietkom ċaħħdukom minn dan il-ġid.

26Għax hemm il-ħżiena fost il-poplu tiegħi,

jissajjaw bħal nassab,

u jqiegħdu n-nassa u n-nies jaqbdu.

27Bħal qafas bl-għasafar mimli,

hekk djarhom mimlija serq.

Għalhekk kibru u stagħnew;

28simnu u tlibbsu sabiħ.

Issa għamlu ż-żejjed ħażen;

ma jagħmlux il-ħaqq,

id-dritt tal-iltim jisħqu,

u l-kawża tal-fqar ma jaqtgħux.

29U għal dan kollu ma nikkastigahomx?

Oraklu tal-Mulej.

U minn poplu bħal dan ma nitħallasx?

30Ħwejjeġ li jkexkxu u jwerwru ġraw fil-pajjiż:

31Il-profeti jħabbru l-gideb,

u l-qassisin imexxu skont kapriċċihom,

u l-poplu tiegħi hekk iħobb!

X’se tagħmlu meta t-tmiem jasal?

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help