1Imbagħad il-Ħaruf fetaħ l-ewwel wieħed mis-seba’ siġilli u jien ħarist u smajt wieħed mill-erba’ Ħlejjaq Ħajjin jgħid b’leħen ta’ ragħda: “Ejja”.
2U jien ħarist, u ara, ġie żiemel abjad, u dak li kien riekeb fuqu kellu qaws, u ngħatatlu kuruna; u ħareġ hu, rebbieħ, biex ikompli jirbaħ.
3U wara li fetaħ it-tieni siġill, smajt it-tieni wieħed mill-Ħlejjaq Ħajjin jgħid: “Ejja!”
4U ħareġ żiemel ieħor, ta’ lewn aħmar nar, u lil dak li kien riekeb fuqu ngħatatlu s-setgħa li jeqred il-paċi minn fuq wiċċ l-art, ħalli b’hekk il-bnedmin jitqatlu bejniethom; u għalhekk ingħatatlu xabla kbira.
5Wara li l-Ħaruf fetaħ it-tielet siġill, smajt it-tielet wieħed mill-Ħlejjaq Ħajjin jgħid: “Ejja!” U jien ħarist, u ara, ġie żiemel iswed, u r-rikkieb tiegħu kellu miżien f’idu.
9Meta mbagħad fetaħ il-ħames siġill, rajt taħt l-artal l-erwieħ ta’ dawk li kienu qatluhom minħabba l-Kelma ta’ Alla, u minħabba x-xhieda li kienu taw;
10u għollew leħenhom u qalu: “Sid Qaddis u Veru, kemm se ddum ma tagħmel ħaqq u titħallas ta’ demmna minn dawk li jgħammru fl-art?”
12U fetaħ is-sitt siġill. Jien ħarist, u sar terremot kbir; ix-xemx saret sewda faħma, il-qamar sar kollu qisu demm,, u kull muntanja u gżira tħarrku minn fejn kienu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.