ĠWANNI 13 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 13Ġesù jaħsel saqajn id-dixxipli

1Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar.

12Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa’ qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom?

13Intom issejħuli ‘l-Imgħallem’ u ‘il-Mulej’, u tgħidu sewwa, għax hekk jien.Ġesù jħabbar it-tradiment ta’ Ġuda(Mt 26,20-25; Mk 14,17-27; Lq 22,21-23)

21Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini!”

22Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk.

23Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù.It-taħbira taċ-ċaħda ta’ Pietru(Mt 26,31-35; Mk 14,27-31; Lq 22,31-34)

36Qallu Xmun Pietru: “Fejn sejjer, Mulej?” U Ġesù wieġbu: “Fejn sejjer jien, int għalissa ma tistax tiġi miegħi; imma tiġi warajja aktar tard.”Ġw 7,34-36.

37Qallu Pietru: “Għaliex, Mulej, ma nistax niġi miegħek issa? Għalik jiena nagħti ħajti!”

38Wieġbu Ġesù: “Inti, tagħti ħajtek għalija? Tassew tassew ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help