1U n-nies ta’ Ġerusalemm għamlu sultan floku lil Aħażija, ibnu ż-żgħir, għax l-oħrajn ta’ qablu kollha qatlithom il-ġgajta li kienet daħlet mal-Għarab fil-kamp. U Aħażija bin Ġeħoram sar sultan ta’ Ġuda.Il-qerda tal-familja rjali
10U Għatalija, omm Aħażija, malli rat li miet binha, qamet u qerdet in-nisel kollu tas-saltna tad-dar ta’ Ġuda.2 Slat 11,1-3.
11Imma Ġeħosabat bint is-sultan ħadet lil Ġowas bin Aħażija, ħatfitu minn nofs ulied is-sultan, li kienu lesti għall-mewt, u qegħditu flimkien mal-imraddgħa tiegħu fil-kmamar tas-sodod. Hekk ħbietu Ġeħosabat, bint is-sultan Ġeħoram, mart il-qassis il-kbir Ġeħojada, li kienet oħt Aħażija, minn quddiem għajnejn Għatalija; u hekk din ma qatlitux.
12U dam magħhom moħbi fid-dar ta’ Alla għal sitt snin, filwaqt li Għatalija kienet issaltan fuq il-pajjiż.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.