ESTER BIL-GRIEG 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Ħaman jikkonfoffa kontra l-Lhud

1[1] Wara dawn il-ġrajja s-sultan Assweru għolla fid-dinjità lil Ħaman bin Ħammedata, l-Agagi, għollieh fil-grad u qiegħed is-siġġu tiegħu ’l fuq mit-tronijiet tal-prinċpijiet sħabu kollha. u jbaxxi rasu fl-art quddiemu. U l-uffiċjali tal-palazz tas-sultan, li kienu fil-bieb, qalu lil Mordekaj: “Għala int ma tobdix il-kmand tas-sultan?”

4[4] U baqgħu jgħidulu hekk minn jum għal ieħor, u hu ma samax minnhom; fl-aħħar għarrfu lil Ħaman ħa jaraw jekk din il-biċċa ta’ Mordekaj tistax tibqa’ għaddejja lixxa, billi hu kien qalilhom li hu Lhudi.

5[5] U meta Ħaman ra li Mordekaj la kien jinżel għarkupptejh u lanqas ibaxxi rasu fl-art quddiemu, xegħel bil-korla.

6[6] Deherlu li ma kienx biżżejjed li jmidd idu fuq Mordekaj waħdu; u billi qalulu li kien Lhudi, Ħaman fittex li jeqred il-Lhud kollha, il-poplu kollu ta’ Mordekaj, mill-imperu ta’ Assweru.

7[7] F’Nisan, l-ewwel xahar tas-sena, fit-tnax-il sena tas-saltna ta’ Assweru, tefgħu l-Pur, jiġifieri tefgħu x-xorti, quddiem Ħaman għall-jum u għax-xahar, biex hekk jagħżlu x-xahar u l-jum għall-qerda tal-Lhud, il-poplu ta’ Mordekaj, f’jum wieħed, mis-saltna ta’ Assweru; u x-xorti waqgħet fuq il-jum tlittax ta’ Adar, it-tnax-il xahar.

8[8] Ħaman imbagħad qal lis-sultan Assweru: “Fost il-popli kollha tal-provinċji tal-imperu tiegħek hemm imxerred u mferrex poplu; il-liġi tagħhom ma taqbel xejn ma’ tal-popli l-oħra; u huma ma jħarsux il-liġi tas-sultan. Ma jaqbillux is-sultan li jħallihom jgħixu. minn sebgħu u tah lil Ħaman bin Ħammedata, l-Agagi, l-għadu tal-Lhud,

13[13] Imbagħad bagħtu dawn l-ittri permezz tal-kurrieri lil kull provinċja tas-sultan sabiex f’jum wieħed, fit-tlittax tat-tnax-il xahar, ix-xahar ta’ Adar, jeqirdu, joqtlu u jġibu fix-xejn il-Lhud kollha, kbar u żgħar, nisa u rġiel, u jeħdulhom ħwejjiġhom.Kapitlu B

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help