1Imbagħad Mosè u Aron marru għand il-Fargħun u qalulu: “Hekk jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: ‘Ħalli l-poplu tiegħi jitlaq, u jagħmilli festa fid-deżert.’ ”
2Iżda l-Fargħun wieġeb: “Min hu l-Mulej, biex jien nisma’ minn kliemu u nħalli lil Iżrael jitlaq? Il-Mulej ma nafx min hu, u ’l Iżrael ma nħallihx jitlaq.”
3U huma weġbuh: “Alla tal-Għebrej ġie quddiemna. Ħa mmorru tlitt ijiem mixi fid-deżert u noffru s-sagrifiċċji lill-Mulej Alla tagħna, li ma jmurx jaħbat għalina bil-pesta jew bis-sejf.” u ’l dawk ta’ fuq il-ħaddiema u qalilhom:
7“Tagħtux aktar tiben bħal qabel lin-nies biex jagħmlu l-madum; ħa jmorru huma jlaqqtu t-tiben.
8Iżda agħtuhom madum x’jagħmlu daqs kemm kienu jagħmlu qabel, tnaqqsulhom xejn, għax ma għandhomx x’jagħmlu; għalhekk qegħdin jgħajtu u jgħidu: ‘Ħa mmorru u noffru s-sagrifiċċji lil Alla tagħna.’
9Lil dawn in-nies agħtuhom xogħol iebes ħalli jaħdmu u ma jagħtux widen għal kliem il-gideb.”
10Għalhekk l-argużini u dawk ta’ fuq il-ħaddiema marru u qalulhom: “Hekk qal il-Fargħun: ‘Ma nagħtikomx aktar tiben.
11Morru intom u laqqtu t-tiben minn fejn issibuh, iżda x-xogħol ma għandu jonqos b’xejn.’ ”
12U l-poplu xtered mal-art kollha tal-Eġittu biex jiġbor il-ħuxlief flok it-tiben.
13U l-argużini kienu jgħidulhom: “Agħmlu x-xogħol li għandkom tagħmlu kull jum, fil-jum tiegħu, bħal meta kellkom it-tiben.”
14U ’l dawk ta’ fuq il-ħaddiema minn ulied Iżrael, li għamlulhom fuqhom l-argużini tal-Fargħun, kienu jsawtuhom u jgħidulhom: “Għaliex ma temmejtux ix-xogħol tal-madum li kellkom tagħmlu bħas-soltu, la lbieraħ u lanqas illum?”
15U dawk ta’ fuq il-ħaddiema minn ulied Iżrael marru jilmintaw quddiem il-Fargħun u jgħidulu: “Għaliex qiegħed tagħmel hekk lill-qaddejja tiegħek?
16Ma jagħtux tiben, lilna l-qaddejja tiegħek, u mbagħad jgħidulna: ‘Agħmlu l-madum.’ Arahom imbagħad isawtu lill-qaddejja tiegħek. Il-ħtija hi ta’ niesek.”
17Imma hu weġibhom: “Intom għażżiena, ma għandkomx x’tagħmlu. Għalhekk qegħdin tgħidu: ‘Ħa mmorru u noffru s-sagrifiċċji lill-Mulej.’
18Issa fittxu morru aħdmu, tiben ma jagħtukomx, imma x-xogħol tal-madum tridu tagħmluh.”
19Dawk ta’ fuq il-ħaddiema minn ulied Iżrael raw li qegħdin ħażin meta qalulhom: “Ma għandkom bl-ebda mod tnaqqsu mill-madum li għandkom tagħmlu kull jum minn jum għal ieħor.”
20Meta ħarġu mingħand il-Fargħun iltaqgħu ma’ Mosè u Aron jistennewhom u qalulhom:
21“Il-Mulej jixħet għajnejh fuqkom u jagħmel ħaqq. Minħabba fikom il-Fargħun u l-qaddejja tiegħu ma jistgħux iġerrħuna iżjed; tajtuhom xabla f’idejhom biex joqtluna.”
Il-kastigi tal-Eġittu22Mosè raġa’ għand il-Mulej u qallu: “Sidi, għaliex għamilt id-deni lil dan il-poplu? Għaliex bgħattni?
23Minn mindu mort inkellem lill-Fargħun f’ismek, lil dan il-poplu għamillu iżjed ħsara u int ma ħlist bl-ebda mod il-poplu tiegħek!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.