EŻEKJEL 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Is-simbolu tal-waqgħa u l-ħerba ta’ Ġerusalemm

1“U Int, o bniedem, aqbad sejf misnun, ħudu u għaddih bħal mus tal-leħja fuq rasek u lħitek; imbagħad ħu miżien u qassam ix-xagħar.

2Meta jgħaddu jiem l-assedju, aħraq terz minnu f’nofs il-belt; ħu terz ieħor u qattgħu bis-sejf madwar il-belt, u l-aħħar terz tajru mar-riħ, u jien nislet ix-xabla għal warajhom.

3Minn dan, imbagħad, ħu ftit bil-għadd u sorrhom f’tarf mantarek;

4u erġa’ ħu ftit minn dan u itfgħu fin-nar u aħarqu fih; u ’l dar Iżrael għidilhom ilkoll kemm huma:

5‘Dan jgħid Sidi l-Mulej: Din hi Ġerusalemm, li jien qegħedt f’nofs il-ġnus b’artijiethom ta’ madwarha., u ulied li jieklu ’l missirijiethom. Intemm fik il-vendetta tiegħi u nxerred mal-erbat irjieħ ’il min jibqa’ minnek.Dt 28,53; Lev 26,33.

11Għalhekk, daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, talli int niġġist is-santwarju tiegħi bil-kruhat u l-qżiżijiet tiegħek kollha, jien ukoll inqaċċtek, u għajnejja ma jitħassrukx u lanqas jien ma nħenn għalik.Eżek 7,4; 8,18; 9,10; 24,14.

12Terz minnkom imutu bil-pesta u jinfnew bil-ġuħ f’nofsok; terz ieħor jaqgħu bix-xabla fl-inħawi ta’ madwarek, u terz ieħor inxerridhom ma’ kull riħ, u x-xabla nislet għal warajhom.

13U hekk niżfoga l-korla tiegħi u nserraħ il-qilla tiegħi fuqhom, ħa jkunu jafu li jien, il-Mulej, tkellimt, imqanqal bl-għira tiegħi meta nkun serraħt il-qilla tiegħi fuqhom.

14Nagħmel minnek ħerba u għajb fost il-ġnus ta’ madwarek taħt il-ħars ta’ kull min jgħaddi minn hemm.

15Inti ssir għajb u saħta, twiddiba u biża’, għall-ġnus ta’ madwarek, meta jiena nkun temmejt fik il-vendetta tiegħi fil-qilla tas-saħna tiegħi bl-eħrex kastigi. Jien, il-Mulej, tkellimt.Lev 26,32.

16Jien invenven fuqkom il-vleġeġ tal-ġuħ u l-qerda, li jien inwaddab fuqkom biex neqridkom u nżidilkom il-ġuħ u nkissrilkom l-appoġġ tal-ikel.Eżek 4,16; 14,13.

17Inkeskes kontrikom il-ġuħ u l-bhejjem selvaġġi, u jneżżgħuk minn uliedek; il-pesta u d-demm jgħaddu minn nofsok u jien ngħaddi x-xabla minn fuqek. Jiena l-Mulej tkellimt.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help