2 KRONAKI 20 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 20It-talba ta’ Ġosafat

1Wara dawn il-ġrajja ġew għal Ġosafat biex jitqabdu miegħu wlied Mowab u wlied Għammon flimkien ma’ xi wħud mill-Megħunin.

2U ġew xi messaġġiera u qalu lil Ġosafat: “Ġejja għal fuqek kotra kbira min-naħa l-oħra tal-baħar, minn Edom, u qegħdin f’Ħasson-tamar, li hi Għajn-geddi.”

3U Ġosafat baża’ u dawwar wiċċu biex jitlob il-Mulej, u nieda sawma għal Ġuda kollu.

18U Ġosafat niżel wiċċu fl-art; u Ġuda kollu, u dawk kollha li jgħammru f’Ġerusalemm inxteħtu quddiem il-Mulej biex jadurawh.

19U l-Leviti minn ulied Keħat u minn ulied Koraħ qamu jfaħħru l-Mulej, Alla ta’ Iżrael, b’leħen qawwi u għoli.

20U filgħodu bakkru u ħarġu lejn id-deżert ta’ Tekugħa; u huma u sejrin, Ġosafat waqaf u qal: “Isimgħuni, intom nies ta’ Ġuda, intom li tgħammru f’Ġerusalemm! Emmnu fil-Mulej, Alla tagħkom, u titwettqu; emmnu fil-profeti tiegħu u tirbħu.”

22U meta bdew jgħannu u jfaħħru lil Alla, il-Mulej qiegħed nasba għal ulied Għammon u Mowab u għal dawk li jgħammru fuq il-muntanja ta’ Xegħir, li ġew għal Ġuda; u sfaw mirbuħa.

23Għaliex in-nies ta’ Għammon u ta’ Mowab qamu għan-nies li jgħammru fuq il-muntanja ta’ Xegħir, u qerduhom għalkollox. Wara li qerdu lin-nies ta’ Xegħir, għenu lil xulxin biex jeqirdu wieħed lil ieħor.

24Xħin Ġuda waslu l-għolja li tħares fuq id-deżert, ħarsu lejn il-kotra, u rawhom mejtin fl-art: ħadd minnhom ma kien ħeles.

25U Ġosafat ġie bin-nies tiegħu biex jiġbru l-priża minn fuqhom u sabu kotra ta’ bhejjem, u ġid, u lbies, u oġġetti oħra prezzjużi, u tant ħadu minnhom li ma setgħux iġorruhom. Damu tlitt ijiem sħaħ iġorru, tant kienet kbira l-priża.

26Fir-raba’ jum inġabru Wied Berakah - għax hemm bierku l-Mulej; għalhekk dak il-post isejħulu: Wied Berakah.

27Imbagħad reġgħu lura n-nies kollha ta’ Ġuda u Ġerusalemm, bis-sultan Ġosafat quddiemhom, lejn Ġerusalemm kollha ferħana, għax il-Mulej ferraħhom bir-rebħa fuq l-għedewwa tagħhom.

28U daħlu Ġerusalemm u fid-dar tal-Mulej bid-daqq tal-arpi, iċ-ċetri u t-trombi.

29U l-biża’ ta’ Alla waqa’ fuq is-saltniet kollha tal-art, meta semgħu kif il-Mulej tqabad mal-għedewwa ta’ Iżrael.Dt 2,25.

30U s-saltna ta’ Ġosafat sabet il-kwiet għaliex Alla tiegħu tah il-mistrieħ minn kull naħa.

Il-mewt ta’ Ġosafat

31U Ġosafat saltan fuq Ġuda; ħamsa u tletin sena kellu meta beda jsaltan, u saltan ħamsa u għoxrin sena f’Ġerusalemm; ommu kien jisimha Għażuba bint Silħi.1 Slat 22,41-51.

32U mexa fit-triq ta’ missieru Asa bla ma tbiegħed xejn minnha, u għamel dak li jogħġob lill-Mulej.

33Imma ma qeridx is-santwarji u l-poplu kien għadu ma dawwarx qalbu lejn Alla ta’ missirijiethom.2 Kron 17,6.

34U l-bqija tal-ġrajja ta’ Ġosafat, mill-bidu sal-aħħar, huma miktuba fil-Ktieb tal-Ġrajja ta’ Ġeħu bin Ħanani, u mdaħħlin fi Ktieb is-Slaten ta’ Iżrael.

35Wara dawn il-ġrajja Ġosafat, sultan ta’ Ġuda, issieħeb ma’ Aħażija, sultan ta’ Iżrael, li kien qiegħed jagħmel il-ħażin.

36Issieħeb miegħu biex jibnu iġfna li jmorru Tarsis, u bnew iġfna f’Għesjon-geber.

37Imma Eligħeżer bin Dodawa, minn Maresa, beda jħabbar kontra Ġosafat u jgħid: “Talli int isseħibt ma’ Aħażija, qered il-Mulej kulma għamilt.” U l-iġfna tkissru u ma setgħux imorru Tarsis.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help