1Aħab għarraf lil Ġeżabel b’kulma kien għamel Elija, u kif qatel lill-profeti kollha bix-xabla.
2U Ġeżabel bagħtet messaġġier lil Elija jgħidlu: “Dan jagħmluli l-allat u iżjed minn hekk, jekk għada bħalissa ma nkunx għamilt minn ħajtek kulma sar mill-ħajja ta’ kull wieħed minnhom.”, b’saħħa li jofroq il-muntanji u jfarrak il-blat, għadda quddiem il-Mulej; imma l-Mulej ma kienx f’dan ir-riħ. U wara dan ir-riħ theżżet l-art imma l-Mulej ma kienx f’din it-theżżiża.
19Elija telaq minn hemm u sab lil Eliżew bin Safat, waqt li kien qiegħed jaħrat bi tnax-il żewġ gniedes quddiemu; u hu kien qiegħed imexxi t-tnax-il wieħed. Resaq lejh Elija, u xeħet fuqu l-mantell tiegħu.
20Dan ħalla l-gniedes u mar jiġri wara Elija jgħidlu: “Ħallini mmur insellem lil missieri u ’l ommi, imbagħad niġi warajk.” “Mur,” qallu Elija, “u erġa’ ejja; għaliex x’għamiltlek jiena?”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.