1Lill-mexxej tal-kor. Salm ta’ David.
2Eħlisni, Mulej, mill-bnedmin ħżiena,
min-nies tad-dnewwa ħarisni,
3li f’qalbhom inisslu ħsibijiet ħżiena,
li jqajmu l-ġlied kuljum.
4Ilsienhom daqs tas-serp isinnu,
semm ta’ lifgħa taħt xufftejhom.
5Żommni, Mulej, minn idejn il-ħżiena,
min-nies tad-dnewwa ħarisni,
li ħsiebhom hu li jfixkluni.
6Nies kburin ħejjewli nassa,
firxuli l-ħbula bħal xibka,
u tul it-triq nasbu għalija.
7Jien għedt lill-Mulej: “Int Alla tiegħi;
isma’, Mulej, leħen it-tħannin tiegħi.”
8Sidi Mulej, fortizza tas-salvazzjoni tiegħi,
inti l-għata ta’ rasi f’jum it-taqbida.
9Taqtgħalhomx xewqithom, Mulej, lill-ħżiena,
tħallihomx jilħqu l-għanijiet tagħhom.
10Ma jerfgħux rashom dawk li jdawruni;
ħa jaħkimhom il-qerq ta’ xufftejhom.
11Ixħet fuqhom ġamar jaqbad,
itfagħhom fi bjar mnejn qatt ma jqumu.
12Ma jgħammrux fl-art in-nies talsien ħażin;
id-deni jwassal għall-qerda n-nies tad-dnewwa.
13Jien naf li l-Mulej jagħmel ħaqq mal-imsejken,
u jagħti raġun lill-fqajjar.
14Iva, il-ġusti jfaħħru ismek;
u t-tajbin jgħammru quddiemek.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.