1 SAMWEL 28 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 28

1U ġara li f’dak iż-żmien il-Filistin ġemgħu l-eżerċtu tagħhom biex jaħbtu għall-Iżraelin. U Akis qal lil David: “Kun af li int tiġi miegħi fil-kamp, int u n-nies tiegħek.”

2U David wieġeb lil Akis: “Tajjeb, issa tkun taf x’jista’ jagħmel il-qaddej tiegħek.” U Akis qallu: “U jien nagħmlek għassies tiegħi għal dejjem.”

Sawl u s-saħħara ta’ Għajn-dor

3Samwel kien miet, u kien bkieh Iżrael kollu, u difnuh fil-belt tiegħu ta’ Rama. U Sawl kien keċċa ’l barra mill-pajjiż lil dawk kollha li kienu jsejħu l-erwieħ u jeħbru, u s-saħħara. u s-saħħara; għaliex trid issa tonsobli ħajti? Biex joqtluni?”

10U Sawl ħalfilha bil-Mulej u qalilha: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, ma tiġrilek ebda ħsara minħabba dan.”

11U l-mara qaltlu: “Lil min se nqajjimlek?” U hu weġibha: “Qajjimli lil Samwel.”Sir 46,20.

12Malli l-mara lemħet lil Samwel infexxet f’għajta kbira u qalet lil Sawl: “Għax qarraqt bija? Int Sawl.”

13U s-sultan qalilha: “La tibżax, imma għidli x’rajt.” U l-mara qalet lil Sawl: “Rajt alla tiela’ mill-art.”

14U staqsieha: “X’sura għandu?” U hi wieġbet: “Raġel xiħ tiela’, imkebbeb f’mantar.” Sawl għaraf li kien Samwel, u niżżel wiċċu sal-art, u tah qima.

15U Samwel qal lil Sawl: “Għalfejn qgħadt taqlagħni u tellajtni hawn?” U Sawl wieġeb: “Għandi dwejjaq kbar; il-Filistin għamluli gwerra, u Alla tbiegħed minni, u ma jweġibnix, la bil-profeti u lanqas bil-ħolm. Għalhekk jien sejjaħtlek, biex tgħarrafni x’għandi nagħmel.”

16U Samwel wieġeb: “Għalfejn tistaqsini, la darba l-Mulej tbiegħed minnek, u sar l-għadu tiegħek?1 Sam 15,21-28.

17Il-Mulej għamel miegħek kif kien tkellem permezz tiegħi, u ħataflek minn idek is-saltna, u taha lil David sieħbek.

18Għaliex int ma smajtx mill-kelma tal-Mulej, u ma għamiltx lil Għamalek skont ma ried hu fil-qilla tiegħu. Għalhekk għamillek dan il-Mulej illum.1 Sam 15,18-19.

19U l-Mulej jerħi wkoll lil Iżrael miegħek f’idejn il-Filistin, u għada int u wliedek tkunu miegħi; u l-kamp ukoll ta’ Iżrael jerħih il-Mulej f’idejn il-Filistin.”1 Sam 31,2-6; Sir 46,20.

20Minnufih Sawl waqa’ minn tulu fl-art u qabdu biża’ kbir minħabba kliem Samwel; ma baqgħetlu ebda saħħa, għax ma kienx daq ħobż dak in-nhar u dak il-lejl kollu.

21U l-mara ġriet għal ħdejn Sawl u malli ratu daqshekk imħawwad qaltlu: “Ara, il-qaddejja tiegħek semgħet minn kliemek u lagħbet ħajjitha f’idha; smajt mill-kliem li int għedtli.

22Mela, isma’ issa int minn kliem il-qaddejja tiegħek, ħa nqegħedlek quddiemek kisra ħobż, kul biex tieħu saħħtek u tkun tiflaħ taqbad triqtek.”

23Iżda hu ma riedx, u qalilha: “Ma nikolx.” Imma l-qaddejja tiegħu u l-mara bdew isusu warajh sakemm sama’ minnhom; u qam mill-art u nxteħet fuq sodda.

24U l-mara kellha għoġol imsemmen u qatlitu malajr, ħadet id-dqiq, għaġnitu, u għamlitu ftajjar, u ħmietu bla ħmira.

25U ġiebet kollox quddiem Sawl u l-qaddejja tiegħu, u kielu. U qamu u telqu dak il-lejl stess.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help