1 MAKKABIN 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10Ġonatan u l-prinċpijiet Sirjani

1Fis-sena 160 Alessandru Epifani bin Antijoku ġie u ħa l-belt ta’ Ptolemajs; u laqgħuh u beda jsaltan hemm.

2U s-sultan Demetriju sama’, ġabar eżerċtu kbir ħafna, u telaq biex jaħbat għalih.

3Demetriju bagħat ittra lil Ġonatan bi kliem ta’ ħbieb biex ikabbarlu ġieħu

4għax ħaseb: ‘Ħa nfittxu nagħmlu l-paċi magħhom qabel ma jagħmilha hu ma’ Alessandru kontra tagħna.

5Għax żgur li jiftakar fil-ħsara kollha, li għamilna lilu, lil ħutu u lil ġensu.’

6U tah is-setgħa li jiġbor eżerċtu u jħejji l-armi u jkun alleat tiegħu; u ordna wkoll li jagħtuh lura lil dawk li kienu miżmuma b’rahan fl-Akra.

7U Ġonatan tela’ Ġerusalemm u qara l-ittra b’mod li jisimgħu l-poplu kollu u dawk li kienu fl-Akra.

8U dawn qabadhom biża’ kbir malli semgħu li s-sultan tah is-setgħa li jiġbor eżerċtu.

9Imbagħad dawn taw f’idejn Ġonatan iż-żgħażagħ ostaġġi; u hu tahom lura lill-ġenituri tagħhom.

10Ġonatan beda jgħammar f’Ġerusalemm u jibni u jġedded il-belt.

11U ta l-ordni lill-bennejja biex jibnu s-swar u jdawru l-għolja ta’ Sijon b’ġebel kwadru biex tissaħħaħ, u hekk għamlu.

12U l-barranin li kienu fil-fortizzi li kien bena Bakkidi ħarbu;

13u lkoll, wieħed wieħed, ħallew posthom, u marru kulħadd lejn pajjiżu.

14Baqgħu biss f’Betsur xi wħud li kienu telqu l-Liġi u l-kmandamenti; għalihom kienet belt tal-kenn.

15Is-sultan Alessandru sama’ bil-wegħdiet li Demetriju kien bagħat jagħmel lil Ġonatan, u qalulu wkoll bil-battalji li għamel u l-qlubija li wera, hu u ħutu, u kemm batew.

16Għalhekk ħaseb: ‘Fejn se nsibu bniedem bħal dan? Ħa nagħmlu minnu ħabib u alleat tagħna.’

17U kitiblu ittra u bagħat jgħidlu dan il-kliem:

18“Is-sultan Alessandru lil Ġonatan ħuh, sliem.. Hu ġabar eżerċtu u kiseb ħafna armi.

22Demetriju sama’ b’dan kollu, u għamel f’qalbu, u qal:

23“X’għamilna? Għaliex ħallejna lil Alessandru jitħabbeb mal-Lhud qabilna b’vantaġġ tiegħu?

24Niktbilhom jien ukoll u nħajjarhom bi kliemi, u nwegħedhom ġieħ u doni biex iżommu miegħi u jgħinuni.”

25U kitbilhom skont dan il-kliem:

“Is-sultan Demetriju lin-nazzjon tal-Lhud, sliem.

26Smajna u fraħna li intom żammejtu l-ftehim magħna u bqajtu ħbieb tagħna u ma mortux mal-għedewwa tagħna.

27Ibqgħu, mela, sħaħ fil-fedeltà tagħkom lejna, u aħna rroddulkom il-ġid għal li tagħmlu magħna.

28Nikkonċedulkom ħafna eżenzjonijiet u npattulkom b’rigali.

29Minn issa stess naħfrilkom u neħles il-Lhud kollha mit-tributi, mit-taxxa fuq il-melħ u l-kuruni. bintu, u mar Ptolemajs fis-sena 162.

58U mar jiltaqa’ miegħu Alessandru, is-sultan, u tah lil Kleopatra bintu, u għamlilha tieġ fi Ptolemajs b’lussu kbir kif jixraq lis-slaten.

Ġonatan u Alessandru (152 QK)

59Alessandru kiteb lil Ġonatan biex imur jiltaqa’ miegħu.

60U mar b’solennità kbira Ptolemajs u ltaqa’ maż-żewġ slaten. U tahom rigali tal-fidda u d-deheb, lilhom u lil ħbiebhom, u ħafna doni oħra, u sab laqgħa tajba minnhom.

61U kien hemm xi rġiel rinnegati minn Iżrael, nies mill-agħar, li kkonfoffaw kontra tiegħu biex jixluh, imma s-sultan ma tahomx widen.

62U s-sultan ordna li jneżżgħuh minn ħwejġu u jlibbsuh il-porpra; u hekk għamlu.

63U s-sultan qiegħdu bilqiegħda ħdejh u qal lill-uffiċjali tiegħu: “Oħorġu miegħu f’nofs il-belt u xandru li ħadd ma għandu jixlih fuq xejn jew ifittxu fuq xi ħaġa.” mar minn Kreta lejn art missirijietu.

68Malli sama’ Alessandru għamel f’qalbu u raġa’ lura lejn Antjokja.

69Demetriju mbagħad għamel lil Apollonju gvernatur taċ-Ċelesirja, u dan ġabar eżerċtu kbir u waqqaf il-kamp ħdejn Ġamnija. Lil Ġonatan, il-qassis il-kbir, bagħat jgħidlu:

70“Inti waħdek qomt kontra tagħna; u jien, minħabba fik, iddieħku bija u waqqgħuni għaż-żufjett. Dan għala qiegħed tħossok qawwi kontrina fuq l-għoljiet?

71Jekk inti għandek fiduċja fil-forzi tiegħek, ejja għalina fil-wita, u nitqiesu ma’ xulxin, għax jien għandi miegħi l-forzi tal-ibliet.

72Staqsi u tkun taf min aħna, jien u l-oħrajn li qegħdin jgħinuna, u jgħidulek li intom ma tistgħux tiqfulna; għax darbtejn missirijietek tħarbtu f’arthom stess.

73Inti ma tistax tirreżisti l-kavallerija u dan l-eżerċtu f’din il-wita, fejn ma hawnx ġebel u lanqas blat u mkien ieħor fejn taħrab.”

74Malli sama’ dan il-kliem ta’ Apollonju, Ġonatan ħa għalih. Għażel għaxart elef raġel u ħareġ minn Ġerusalemm; u Xmun ħuh mar jiltaqa’ miegħu biex jgħinu.

75Waqqaf il-kamp ħdejn Ġaffa, imma n-nies tal-belt għalquh barra, għaliex kien hemm l-għases ta’ Apollonju f’Ġaffa; imma huma ħabtu għaliha.

76In-nies tal-belt beżgħu u fetħulhom; u hekk Ġonatan rebaħ Ġaffa.

77Kif sama’ Apollonju ħa tlitt elef kavallier u kotra kbira ta’ fanterija u telaq lejn Ażotu taparsi kien se jgħaddi minn hemm, imma fl-istess ħin avanza lejn il-wita, għax kellu kavallerija kbira u kellu fiduċja sħiħa fiha.

78Ġonatan mar għal warajh sa Ażotu, u ż-żewġ eżerċti ħabtu għal xulxin.

79Apollonju kien ħalla elf kavallier moħbijin warajhom.

80U Ġonatan sar jaf li kien hemm l-għassa moħbija warajh; imma dawn dawru l-eżerċtu tiegħu u damu jwaddbu l-vleġeġ fuq it-truppi tiegħu minn filgħodu sa filgħaxija.

81Iżda t-truppi żammew iebes, skont ma kien ordnalhom Ġonatan, sakemm għejew iż-żwiemel tagħhom.

82Imbagħad Xmun ħareġ bl-eżerċtu tiegħu u ħabat għall-fanterija, waqt li l-kavallerija kienet għajjiena, għelibhom u ħarbu.

83Il-kavallerija xterdet fil-wita u ħarbet lejn Ażotu, u daħlu fit-tempju ta’ Dagon, l-idolu tagħhom, biex isalvaw ħajjithom., u tah ukoll Għekron u l-inħawi tagħha bi proprjetà tiegħu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help