2 SAMWEL 23 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 23L-aħħar kliem ta’ David

1Dan huwa l-aħħar kliem ta’ David,

l-oraklu ta’ David, bin Ġesse,

l-oraklu tal-bniedem li Alla għolla,

il-prinċep midluk ta’ Alla ta’ Ġakobb,

l-għannej ħelu ta’ Iżrael:

2“L-ispirtu tal-Mulej jitkellem bija,

u kelmtu fuq ilsieni.

3Jitkellem Alla ta’ Ġakobb,

il-Blata ta’ Iżrael kellimni:

‘Min jaħkem fil-biża’ ta’ Alla,

4hu bħad-dawl taż-żerniq ma’ tlugħ ix-xemx,

għodwa bla sħab,

li tnibbet wara x-xita l-ħaxix.’

5Sħiħa hi dari quddiem Alla;

għax patt għal dejjem għamel miegħi;

f’kollox imħejji u mħares tajjeb.

Għax mhux hu li jnissilli s-salvazzjoni

u l-għaqda tiegħi kollha?

6Il-ħżiena lkoll bħal xewk mormi,

ħadd ma jiġbru bl-id;

7u anqas imisshom

jekk mhux b’ħadida jew b’għuda ta’ lanza,

u jeqridhom u bin-nar jaħraqhom.”

Il-qalbenin ta’ David

8Dawn huma l-ismijiet tal-qalbiena ta’ David: Isboset il-Ħakmuni, l-aqwa fost it-tlieta: hu li venven il-lanza tiegħu fuq tmien mitt raġel, u qatilhom f’darba waħda.

9Warajh jiġi Elgħażar bin Dodu, l-Aħoħi, wieħed mit-tliet qalbenin. Kien ma’ David f’Pas-dammim, meta l-Filistin inġabru għall-ġlied; l-Iżraelin reġgħu lura,

24Fost it-tletin kien hemm ukoll: Għaxajel, ħu Ġowab; Elħanan bin Dodu minn Betlehem;

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help