1 TESSALONIKIN 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4Il-ħajja li jrid Alla

1Fl-aħħar, l-aħwa, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; aħna f’Sidna Ġesù nitolbukom u nħeġġukom biex tagħmlu xi ħaġa iżjed.,

9Fuq l-imħabba tal-aħwa ma għandniex għalfejn niktbulkom; intom stess tgħallimtu mingħand Alla kif għandkom tħobbu lil xulxin. kollha. Inħeġġukom, ħuti, li tagħmlu iktar minn hekk.Il-miġja tal-Mulej

13Ma rridux li ma tkunux tafu, l-aħwa, fuq il-mejtin biex ma ssewdux qalbkom bħall-oħrajn li ma għandhomx tama.

15Dan ngħidulkom fuq il-kelma tal-Mulej, jiġifieri li aħna li nkunu għadna hawn ħajjin għall-miġja tal-Mulej, ma mmorrux qabel dawk li jkunu raqdu.1 Kor 15,51.

16Għaliex il-Mulej innifsu mal-kmand, mal-leħen tal-arkanġlu u t-tromba ta’ Alla, jinżel mis-sema, u dawk li jkunu mietu fi Kristu jqumu l-ewwel.1 Kor 15,52; 1 Tess 1,10; 2 Tess 1,7.

17Imbagħad aħna li nkunu ħajjin, li nkunu għadna hawn, ninħatfu magħhom fis-sħab biex niltaqgħu mal-Mulej fl-ajru. Hekk inkunu dejjem mal-Mulej.Ġw 12,26; 17,24.

18Agħmlu l-qalb lil xulxin b’dan il-kliem.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help