NUMRI 32 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 32Il-qasma tat-Trasġordanja

1Ulied Ruben u wlied Gad kellhom kotra kbira sewwa ta’ mrieħel, u raw li l-art ta’ Ġagħżer u l-art ta’ Gilgħad kienu artijiet tajba għall-imrieħel., Ġagħżer, Nimra, Ħesbon, Elgħali, Xebam, Nebu u Begħon,

4artijiet li l-Mulej ħarbathom quddiem il-ġemgħa ta’ Iżrael, huma artijiet tajba għall-imrieħel, u aħna l-qaddejja tiegħek għandna l-imrieħel.”

5U qalu: “Jekk jogħġbok, agħti lilna, il-qaddejja tiegħek, din l-art biex tkun tagħna u tgħaddiniex ’l hemm mill-Ġordan.”

6U Mosè wieġeb lil ulied Gad u wlied Ruben: “Tajjeb! Imbagħad ħutkom imorru jitqabdu u intom tibqgħu hawn?

7Għala tridu taqtgħu qalb ulied Iżrael biex ma jgħaddux għall-art li tahom il-Mulej?

8Hekk għamlu missirijietkom meta jien bgħatthom minn Kades-barnija biex jaraw l-art.

20U Mosè weġibhom: “Jekk intom tagħmlu hekk, jekk tarmaw ruħkom u timxu quddiem il-Mulej għat-taqbid,

21u kull gwerrier minn fostkom jaqsam il-Ġordan quddiem il-Mulej, u jibqa’ hemm sakemm ikeċċi l-għedewwa tiegħu minn quddiemu,

22u l-pajjiż kollu jċedi quddiem il-Mulej, imbagħad intom tkunu tistgħu terġgħu lura, u tinħallu mill-obbligi tagħkom quddiem il-Mulej u wlied Iżrael, u din l-art tkun tagħkom quddiem il-Mulej.

34U wlied Gad bnew Dibon, Għatarot, Għarogħer,

35Għatrot-Sofan, Ġagħżer, Ġogba,

36Bet-nimra, u Bet-ħaran, bliet bis-swar u mqawel għall-imrieħel.

37U wlied Ruben bnew Ħebson u Elgħali, Kirjatajm,

38Nebu u Bagħal-megħon, b’isimhom mibdul, u Xibma; u l-ibliet li bnew tawhom isimhom.

39U wlied Makir bin Manassi, telqu lejn Gilgħad, ħaduha f’idejhom u keċċew l-Amurrin li kienu fiha.

40U Mosè ta l-art ta’ Gilgħad lil Makir bin Manassi, u bdew jgħammru fiha.

41U Ġajir bin Manassi telaq u ħa l-irħula tagħhom u semmiehom Ħawwot-ġajir.

42U Noba telaq u ħa lil Kenat u l-inħawi tagħha u semmieha Noba b’ismu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help