2 SAMWEL 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9David u bin Ġonatan

1U David staqsa: “Hemm xi ħadd li għadu ħaj mid-dar ta’ Sawl, biex nurih imħabbti f’ġieħ Ġonatan?”

5U s-sultan David bagħat għalih u ġabuh mid-dar ta’ Makir bin Għammijel minn Lodebar.

6U Mefiboset bin Ġonatan, bin Sawl, resaq quddiem David u niżel wiċċu fl-art quddiemu u tah qima. U David qal: “Mefiboset!” U dak wieġbu: “Qaddej tiegħek!”

7U David qallu: “La tibżax, għax se nagħmel ħniena miegħek f’ġieħ Ġonatan missierek; irroddlok lura l-oqsma kollha ta’ missierek Sawl, u inti tiekol mill-mejda tiegħi għal dejjem.”

8U niżel wiċċu fl-art quddiemu u tah qima u qallu: “X’inhu l-qaddej tiegħek biex inti dawwart wiċċek lejn kelb mejjet bħali?”

9U s-sultan sejjaħ lil Siba, il-qaddej ta’ Sawl, u qallu: “Kulma kellu Sawl u d-dar tiegħu tajtu lil bin sidek.

10Inti taħdimlu r-raba’, inti u wliedek u l-qaddejja tiegħek; u int iġġib il-frott lil bin sidek, ħalli dar sidek ikollhom x’jieklu; imma Mefiboset bin Sidek jibqa’ jiekol dejjem mill-mejda tiegħi.” Siba, li kellu ħmistax-il tifel u għoxrin qaddej,

11wieġeb lis-sultan: “Kulma ordna sidi s-sultan lill-qaddej tiegħu, hekk jagħmel il-qaddej tiegħu.” U Mefiboset baqa’ jiekol mill-mejda tas-sultan bħallikieku wieħed minn uliedu.

12Mefiboset kellu tifel żgħir jismu Mika; u dawk kollha li kienu joqogħdu f’dar Siba kienu qaddejja ta’ Mefiboset.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help