1 SLATEN 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2L-aħħar kliem u l-mewt ta’ David

1David, meta wasal biex imut, lil ibnu Salamun għamillu dawn it-twissijiet:

2“Jiena wasalt biex naqbad it-triq li minnha jgħaddi kulħadd. Qawwi qalbek u oħroġ ta’ raġel.

5“U inti wkoll taf x’għamilli Ġowab bin Seruja; x’għamel liż-żewġ kmandanti tal-eżerċtu ta’ Iżrael, lil Abner bin Ner u lil Għamaxa bin Ġeter, kif fi żmien il-paċi qatilhom, u xerred id-demm tal-gwerra, u tabbagħlu b’demm il-gwerra l-ħżiem li kellu ma’ qaddu, u l-qorq li kellu f’riġlejh.

6Agħmel skont għerfek: la tħallix xjuħitu tinżel bis-sliem fost il-mejtin.

8“Għandek imbagħad lil Simgħi bin Gera, bin Benjamin, minn Baħurim, hu li seħetni b’saħta mill-eqqel dak in-nhar li tlaqt għal Maħanajm. Hu kien niżel jilqagħni ħdejn il-Ġordan, u jien ħliftlu bil-Mulej u għedtlu: ‘Ma noqtlokx bix-xabla.’Il-qerda ta’ Adonija, Ġowab u Simgħi

13Adonija bin Ħaggit mar għand Batseba, omm Salamun, u hi staqsietu: “Ġejt bis-sliem?” U hu weġibha: “Bis-sliem!”

14U ssokta: “Għandi kelma xi ngħidlek.” U hi qaltlu: “Tkellem.”

15“Inti taf, qalilha, li s-saltna kienet għalija, u Iżrael kollu kien tafa’ għajnejh fuqi biex insir sultan; imma s-saltna għaddiet għal għand ħija għax il-Mulej riedha għalih.

16Issa jien ħaġa waħda nitlob mingħandek. La ddawwarlix wiċċek.” U hi qaltlu: “Tkellem.”

17“Għid lis-sultan Salamun, jekk jogħġbok,” qalilha, “u żgur mhux se jgħidlek le, li jagħtini b’marti lil Abisag, is-Sunamija.”

18U Batseba wieġbet: “Tajjeb, inkellem lis-sultan għalik.”

19Batseba marret għand is-sultan Salamun biex tkellmu għal Adonija. U s-sultan qam u mar jilqagħha, baxxa rasu quddiemha, u raġa’ lura lejn it-tron tiegħu. Għal omm is-sultan, imbagħad, ħejjielha tron u qagħdet fuq il-lemin tiegħu.

20U qaltlu: “Ħaġa żgħira se nitlob mingħandek; la ddawwarx wiċċek minni.” U s-sultan weġibha: “Itlob, ommi, għax m’iniex se ndawwar wiċċi minnek.”

21U qaltlu: “Li Abisag, is-Sunamija, tingħata lil ħuk Adonija b’martu.”

22U s-sultan Salamun wieġeb u qal lil ommu: “U għaliex int qiegħda titlob lil Abisag, is-Sunamija, għal Adonija? Għax ma tlabtnix is-saltna għalih mill-ewwel, la hu ħija l-kbir u għandu miegħu lil Abjatar, il-qassis, u lil Ġowab bin Seruja?”

23U s-sultan Salamun ħalef bil-Mulej, u qal: “Dan jagħmilli Alla u iżjed, jekk Adonija ma tkellimx hekk għat-telfien ta’ ħajtu.

28L-aħbar waslet għand Ġowab; Ġowab kien żamm ma’ Adonija, imma mhux ma’ Absalom. U Ġowab ħarab lejn it-tabernaklu tal-Mulej, u qabad ma’ qrun l-artal.

29U ħabbru lis-sultan Salamun li Ġowab kien ħarab lejn it-tabernaklu tal-Mulej, u li kien ħdejn l-artal. U Salamun bagħat għal Benajja bin Ġeħojada u qallu: “Mur u oqtlu.”

30U Benajja mar fit-tabernaklu tal-Mulej u qallu: “Dan jgħid is-sultan: Oħroġ!” “Le,” qallu, “hawn immut.” U Benajja raġa’ lura għand is-sultan bl-aħbar u qallu: “Dan qal Ġowab, u dan wieġeb.” l-qaddejja tiegħu.

42U s-sultan bagħat isejjaħ lil Simgħi u qallu: “Ma ġagħaltikx taħlef bil-Mulej, u wissejtek u għedtlek: ‘Dak in-nhar li toħroġ u tmur ’l hemm u ’l hawn, kun af li tmut żgur’? U int weġibtni: ‘Kollox sew! Nisma’ minnek’?

43Għaliex, mela, ma ħaristx il-ġurament tal-Mulej u l-ordnijiet li tajtek?”

44U s-sultan issokta jgħid lil Simgħi: “Int taf bid-deni kollu, u qalbek tafu sewwa, li għamilt lil David missieri; il-Mulej issa se jreġġa’ l-ħażen tiegħek għal fuq rasek.

45Imma s-sultan Salamun ikun imbierek u t-tron ta’ David ikun sod quddiem il-Mulej għal dejjem.”

46U s-sultan ordna lil Benajja bin Ġeħojada; u dan ħabat għalih u miet. Hekk is-saltna ssudat f’idejn Salamun.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help