1O mewt, bħall-imrar tifkirtek
għal min jgħix fis-sliem ta’ ġidu,
għal min m’għandux fuqiex iħabbel rasu u riżqu tajjeb f’kollox,
u li għadu f’saħħtu biex jitpaxxa bl-ikel!
2O mewt, il-ħaqq tiegħek jogħġob
lil min hu fil-bżonn u saħħtu nieżla,
imdaħħal fiż-żmien u moħħu inkwiet fuq kollox,
u lil wieħed li ma joqgħod għal xejn u tilef sabru.
3Tibżax mill-piena tal-mewt,
ftakar fiż-żmien l-imgħoddi u fl-aħħar jiem.
4Dan hu l-ordni ta’ Alla għal kull bniedem.
Għala tieqaf lir-rieda tal-Għoli?
Jekk tgħix għal għaxra, għal mija, jew għal elf sena,
f’Art l-Imwiet dwar il-ħajja m’hemm l-ebda ħsieb.Ix-xorti tal-ħżiena
5Ulied il-midinbin joħorġu tfal ta’ min jistmerrhom,
u dawk ukoll imrobbija f’dar il-ħżiena.
6Wirt ulied il-midinbin jintilef,
u nisilhom jitgħabba bl-għajb għal dejjem.
7Missier ħażin imaqdruh uliedu,
għaliex minħabba fih jitkasbru huma.
8Ħażin għalikom, nies ħżiena,
intom li tlaqtu l-Liġi ta’ Alla l-Għoli.
9Meta titwieldu, titwieldu għal saħta,
u meta tmutu, saħta jkun sehemkom.
10Kulma ġie mill-art, lejn l-art jerġa’ lura,
hekk il-ħżiena mis-saħta għat-telfien.
11Il-bnedmin jibku t-telfa ta’ ġisimhom;
u jisfa fix-xejn l-isem ħażin tal-midinbin.
12Ħu ħsieb ismek, għax dan li jibqagħlek,
iktar minn elf teżor kbir tad-deheb.
13Ħajja tajba jiemha magħduda,
imma isem tajjeb jibqa’ għal dejjem.
Sens ta’ mistħija14Uliedi, ħarsu t-tagħlim tiegħi fis-sliem.
Għerf moħli u teżor midfun,
x’jiswew it-tnejn li huma?
15Aħjar bniedem li jaħbi bluhatu
minn bniedem li jaħbi għerfu.
16Għalhekk oqgħod għal li se ngħidlek;
għax mhux kull mistħija ta’ min jgħożżha;
u mhux kulħadd japprezzaha skont is-sewwa.
17Istħi miż-żina quddiem ommok u missierek;
mill-gideb quddiem prinċep jew xi kap;
18mill-ksur tal-liġi quddiem l-imħallef;
mill-ħtija quddiem il-ġemgħa u l-poplu;
19mill-qerq quddiem sieħeb jew ħabib;
mis-serq quddiem il-ġirien fejn toqgħod.
20Istħi quddiem il-fedeltà u l-patt ta’ Alla.
Istħi milli tqiegħed minkbek fuq il-mejda int u tiekol;
21li tieħu jew tagħti b’wiċċ imqarras;
u minn dawk li jsellmulek u ma tweġibhomx.
22Istħi milli tħares fuq mara tat-triq;
milli ddawwar wiċċek minn qrabatek;
23Milli tisraq lil ħaddieħor mis-sehem jew l-għotja tiegħu;
milli titfa’ għajnejk fuq mart ħaddieħor;
24milli jkollok x’taqsam mal-qaddejja tiegħu,
- tinxteħitx fuq friexha.
25Istħi minn ħabib għal xi kliem ta’ żebliħ,
- titgħajjarx wara li tkun tajt.
26Istħi milli ttenni u tgħid kliem li tkun smajt,
u li tikxef ħwejjeġ moħbija.
27U tkun tabilħaqq mistħi tassew,
u kulħadd ikun iġibek.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.