BÀRUK 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Talba għall-ħelsien

1“ ‘Mulej Alla ta’ Iżrael, li tista’ kollox, ruħ imnikkta u qalb imġarrba qegħdin jgħajtulek:

10Għala, Iżrael, għala tinsab f’art l-għedewwa tiegħek?

Għala qiegħed tixjieħ f’art barranija?

11Għala int imniġġes mal-mejtin,

magħdud fost dawk li jinżlu f’Qiegħ l-Art?

12Int twarrabt mill-għajn tal-għerf.

13Li kieku mxejt fit-triq ta’ Alla,

kont tkun tgħix fis-sliem għal dejjem!

14Tgħallem fejn hemm l-għaqal,

fejn hemm il-qawwa, fejn hemm id-dehen,

biex f’ħin wieħed tagħraf fejn hemm

it-tul tal-għomor u t-tul tal-ħajja,

fejn hemm id-dawl għall-għajnejn u s-sliem.

15Imma min kixef fejn jinsab l-għerf?

U min daħal fl-imħażen tiegħu?

16Fejn huma l-prinċpijiet tal-ġnus,

jew dawk li jimmansaw il-bhejjem

li hawn fl-art?

17Jew dawk li jilagħbu bit-tajr tal-ajru,

dawk li jaħżnu fidda u deheb,

li fihom jafdaw il-bnedmin,

u m’hemmx qjies għar-regħba tagħhom?

18Fejn huma dawk li jaħdmu l-fidda,

u dejjem ħsiebhom fiha?

Ebda ħjiel ma fadal ta’ xogħolhom.

19Għebu, niżlu f’Qiegħ l-Art,

u posthom ħaduh oħrajn.

20Oħrajn, żgħażagħ, raw id-dawl,

u għammru fl-art,

imma m’għarfux triq l-għerf.

21Dawn m’għarfux mogħdijietu,

u anqas uliedhom ma laħquh,

u tbiegħdu ħafna minn triqtu.

22Ma semgħux bih f’Kangħan,

anqas feġġ f’Teman.

23Lanqas ulied Ħagar,

li fittxew l-għerf ta’ din l-art;

in-neguzjanti ta’ Merran u ta’ Teman,

dawk li jfasslu l-ħrejjef;

u dawk li jfittxu l-għaqal,

triq l-għerf ma sabuhiex

u lanqas ħasbu f’mogħdijietu.

24Kemm hi kbira, Iżrael, dar Alla,

kemm hu wiesa’ l-imkien tal-ħakma tiegħu,

25wiesa’ bla qjies, għoli bla tarf.

26Fiha għexu l-ġganti, magħrufin mill-qedem,

nies twal, jinqalgħu għall-ġlied.

27Mhux lil dawn għażel Alla,

mhux lilhom għarraf triq għerfu;

28inqerdu għax kienu nieqsa mill-għerf,

intilfu minħabba bluhathom.

29Min qatt tala’ s-sema u sabu,

u niżżlu mis-sħab?

30Min qasam l-ibħra u sabu,

u kisbu b’deheb l-aktar fin?

31Ħadd ma jaf it-triq li twassal għandu,

ħadd ma jsib il-mogħdija tiegħu.

32Imma Dak li jaf kollox jaf fejn hu l-għerf,

għax sabu hu bid-dehen tiegħu;

Dak li ħejja l-art għal dejjem,

li mlieha bil-bhejjem li jimxu fl-art;

33hu, li jibgħat id-dawl, u dan imur;

isejjaħlu, u jisma’ minnu mriegħed;

34jiddu l-kwiekeb għassiesa f’posthom,

kollhom ferħana;

35Hu jsejħilhom, u huma jwieġbu: ‘Hawn aħna’;

jiddu ferħana għal dak li għamilhom.

36Dan hu Alla tagħna:

ħadd ma joqgħod ħdejh!

37Hu sab it-triq kollha tal-għerf,

u tah lil Ġakobb, il-qaddej tiegħu,

u lil Iżrael, il-maħbub tiegħu.

38Imbagħad dan l-għerf deher fid-dinja

u għammar fost il-bnedmin.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help