1Għall-mexxej tal-kor. Bl-istrumenti tal-korda. Salm. Għanja.
2Iħenn għalina Alla, u jberikna;
idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!
3Biex jingħarfu fuq l-art triqatek,
fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek.
4Ifaħħruk il-popli, o Alla,
ifaħħruk il-popli kollha.
5Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ,
għax trieġi l-popli bis-sewwa,
u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom.
6Ifaħħruk il-popli, o Alla,
ifaħħruk il-popli kollha.
7L-art tat il-frott tagħha;
iberikna Alla, Alla tagħna!
8Iberikna Alla, u tibża’ minnu
l-art kollha minn tarf għall-ieħor!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.