1Ġożwè ġema’ t-tribujiet kollha ta’ Iżrael f’Sikem u sejjaħ lix-xjuħ, lill-kapijiet, lill-imħallfin, lill-uffiċjali u resqu quddiem Alla.
2U Ġożwè qal lill-poplu kollu: “Dan qal il-Mulej Alla ta’ Iżrael: ‘Missirijietkom, Teraħ missier Abraham u missier Naħor, sa minn żmien il-qedem kienu jgħammru n-naħa l-oħra tax-xmara u jaqdu allat oħra.
14Għalhekk issa ibżgħu mill-Mulej, u aqduh bir-reqqa u l-fedeltà; warrbu l-allat li missirijietkom qdew lil hemm mix-xmara u fl-Eġittu, u aqdu l-Mulej.
16U l-poplu kollu wieġeb u qal: “Ma jkun qatt li aħna nħallu l-Mulej biex naqdu allat oħra.
17Għax kien il-Mulej, Alla tagħna, li talla’ lilna u ’l missirijietna mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar, u li għamel quddiemna stess dawn il-ħwejjeġ kbar, u ħarisna matul it-triq kollha li minnha għaddejna u fost il-popli li minn ġo nofshom qsamna.Il-mewt ta’ Ġożwè
29Wara dawn il-ġrajja miet Ġożwè bin Nun, qaddej tal-Mulej, fl-għomor ta’ mija u għaxar snin.
31Iżrael qeda lill-Mulej il-jiem kollha ta’ Ġożwè, u l-jiem kollha tax-xjuħ li baqgħu ħajjin wara Ġożwè, u li kienu jafu bl-opri kollha tal-Mulej, li kien għamel ma’ Iżrael.
32U l-għadam ta’ Ġużeppi li wlied Iżrael kienu tellgħu mill-Eġittu difnuh f’Sikem fil-biċċa art li kien xtara Ġakobb mingħand ulied Ħamor, missier Sikem, b’mitt biċċa flus, u din baqgħet proprjetà ta’ Ġużeppi.
33U Elgħażar bin Aron miet, u difnuh f’Gibgħa ta’ Fineħas ibnu, li kienet ingħatat lilu fil-muntanji ta’ Efrajm.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.